Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Uffiċju tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ b’risposta għal stqarrija maħruġa mill-kelliema ta’ l-Oppożizzjoni għas-Solidarjeta’ Soċjali u għall-Anzjani

pr1047
Date Icon 09/07/2007

Minkejja li għal darba, darbtejn dan l-Uffiċċju ħareġ stqarrijiet li kulħadd jidher li fehem, il-kelliema u l-media Laburista qegħdin jippersistu, għal skopijiet purament politiċi, li jxerrdu xniegħat qarrieqa dwar il-mewt ta’ l-anzjani ġewwa San Vinċenz. Għal fini ta’ kjarezza nerġgħu nirrepetu li l-ebda waħda mill-imwiet li seħħew fil-ġimgħa bejn il-25 u t-30 ta’ Ġunju ma hi attribwita għas-sħana.

Il-kelliema Laburisti għamlu wkoll numru ta mistoqsijiet li għalihom talbu risposta. Dan l-Uffiċju m’għandu l-ebda problema sabiex jirrispondi:

1. Is-sistemi ta’ arja kondizzjonata huma sistemi mekkaniċi li minn żmien għal żmien tiġrilhom ukoll il-ħsara. Meta dan iseħħ jittieħdu passi mmedjati biex dawn jissewwew jew, fejn hemm bżonn, jinbidlu. Sfortunatament hija ħaġa naturali li aktar ma tkun sħana, aktar l-impjant jaħdem, bil-konsegwenza li ħsarat isiru aktar possibli. Kulħadd jixtieq li għandu bakketta maġika biex meta dan jiġri dawn jissewwew fi ftit sekondi. Ir-realta’ hija pero’ li t-tiswijiet jirrikjedu l-ħin tagħhom biex isiru.

2. L-investiment li għamel u qed jagħmel il-gvern fis-sistemi ta’ arja kondizzjonata huwa wieħed kontinwu u sostnut. Kif diġa għidna bħalissa għaddejin żewġ proġetti li jlaħħqu nvestiment ta’ madwar LM 150,000 biex jiġu stallati sistemi ġodda ta’ arja kundizzjonata biex jieħdu post is-sistemi eżistenti f’żewġ swali, u fil-jiem li ġejjin mistenni li jinħareġ tender ieħor biex issir arja kondizzjonata f’żewġ swali oħra, li ma kellhomx arja kondizzjonata s’issa. Altru li l-Gvern mhux qed jinvesti fl-arja kondizzjonata f’San Vinċenz de Paul.

3. Il-prekawzjonijiet kollha possibbli jitttieħdu mill-Awtoritajiet tar-Residenza  biex itaffu kemm jistgħu mill-inkonvenjent tas-sħana. Dan jinkludi fannijiet, il-provizjoni ta’ ilma u silġ b’mod kontinwu kif ukoll units ta’ l-arja kondizzjonata portable. Dawn ta’ l-aħħar huma prova oħra li l-Gvern ma joqgħodx lura milli jinvesti fis-saħħa ta’ l-anzjani anke meta jaf li fi ftit ġimgħat oħra dawn mhux se jkunu aktar neċessarji.

Ikun tajjeb kieku l-kelliema ta’ l-Oppożizzjoni jinfurmaw lill-poplu Malti bl-investiment li għamlu gvernijiet immexxija mill-Partit Laburista fl-arja kundizzjonata ġewwa San Vinċenz. Ikun interessanti li wieħed iqabbel il-lista ta’ swali li ġew mgħammra bl-arja kundizzjonata minn Gvern Nazzjonalista mal-lista ta’ swali mgħammra b’dan l-apparat minn Gvernijiet Laburisti tal-passat li jinkludi wkoll il-perjodu 1996-1998. Skond ir-riċerka tagħna amministrazzjonijiet Laburisti m’għamlu xejn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Malta fost l-ewwel pajjiżi li trasponiet id-Direttiva Ewropea dwar it-Trasparenza fil-Pagi

PR261967

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta fost...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow