Left arrow Mur Lura

RIFERENZA GĦALL-ISTQARRIJA MAĦRUĠA MILL-ALTERNATTIVA DEMOKRATIKA

pr1041
Date Icon 08/07/2007

B’referenza għall-Istqarrija ta’ l-Alternattiva Demokratika dwar l-impenn tal-Gvern għat-tisħieħ ta’ l-Amministrazzjoni Pubblika, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jfakkar li: 

Il-Prim Ministru diġa’ ħabbar li fil-ġranet li ġejjin ser jiġi pubblikat abbozz ta’ liġi dwar il-Freedom of Information, li għandha tkun għodda oħra importanti fit-tisħieħ tad-demokrazija f’pajjizna u fit-tisħieħ ta’ l-amministrazzjoni pubblika.   

Wara li diġa’ ddaħlu mizuri biex jiddefendu lil min jikxef amministrazzjoni ħazina (whistle blowing) fil-Kodici Kriminali, fil-Liġi dwar Ir-Relazzjonijiet ta’ l-Impjiegi u dawk Industrijali, kif ukoll fl-Abbozz ta’ liġi li qed tiġi diskussa fil-parlament bħalissa, il-Gvern ser jiġbor dawn il-provedimenti u oħrajn f’liġi apposta dwar din il-materja.  F’dan il-kuntest, il-Gvern jibqa’ dejjem miftuħ għal kull suġġeriment kif l-amministrazzjoni pubblika tista’ tissaħħaħ. 

Dwar il-kaz ta’ l-Awtorita’ Maltija dwar it-Transport, il-Ministru Mugliett la qatt iddefenda l-korruzzjoni u l-anqas ma’ ddefenda lil min għamilha.  Tant hu hekk li l-impjegati konċernati ġew investigati mill-pulizija, imtella’ l-qorti, misjuba ħatja, miċħuda maħfra presidenzjali, u mkeċċija mill-Awtorita’.  Dan huwa l-mod kif il-Gvern jittratta ma’ kull kaz ta’ korruzzjoni. 

L-Alternattiva Demokratika għandha tevita li tilgħab il-logħba ta’ l-Oppozizzjoni Laburista li m’għandha ebda limitu ta’ x’lesta tagħmel għall-gwadan politiku, anke jekk dan jimmina l-isforzi qawwija tal-gvern biex tissaħħaħ l-amministrazzjoni pubblika.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Malta fost l-ewwel pajjiżi li trasponiet id-Direttiva Ewropea dwar it-Trasparenza fil-Pagi

PR261967

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta fost...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow