STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFICCJU TAL-PRIM MINISTRU
Il-Prim Ministru jirreferi għad-diskors tal-Kap tal-Opposizzjoni ta’ dalgħodu li minnu joħroġ ċar illi huwa ma jimpurtaħx mill-isforzi li qiegħdin isiru mill-Gvern biex tissaħħaħ l-amministrazzjoni pubblika u biex jittieħdu l-passi kollha kontra min jinqabad jabbuza.
Il-fatti jitkellmu waħedhom. L-allegazzjonijiet li saru ġew riferuti lill-Pulizija biex isiru l-investigazzjonijiet. Dawn l-investigazzjonijiet wasslu biex tressqu persuni l-Qorti. Hemm min instab ħati ta’ korruzzjoni u hemm min għandu għaddej proċeduri legali kontra tiegħu. Hemm min irrizulta li għamel akkuzi u allegazzjonijiet kompletament foloz u bl-iskop biss li jagħmel gwadann finanzjarju.
Sfortunatament, jidher ċar li l-Opposizzjoni Laburista ma jimpurtaha xejn minn dan, u moħħa biss biex iddawwar l-attakk kontra min qiegħed jaqdi d-dover tiegħu billi jieħu l-passi kontra min jabbuza.
Il-Gvern ukoll juri solidarjeta’ mal-Kapijiet tad-Dipartimenti tal-Gvern u ta’ l-Agenziji tal-Gvern fl-isforzi tagħhom biex ikollna amministrazzjoni pubblika serja u trasparenti, u jikkundanna l-intimidazzjoni ta’ l-Oppozizzjoni Laburista li qed itellfu dan il-proċess importanti għal pajjizna.
Jidher ċar li l-problema vera hi li l-Oppozizzjoni m’għandiex viżjoni għal pajjiz, m’għandha ebda pjan għal futur u hija vojta kompletamanet mis-sustanza politika.
Other Press Releases:
PR261967
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta fost...
PR261966en