Left arrow Go Back

Inawgurati faċilitajiet ġodda għal servizz ta' manutenzjoni tad-dgħajjes tas-sajjieda

pr1036
Date Icon 07/07/2007

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi inawgura uffiċjalment servizz ġdid ta’ manutenzjoni tad-dgħajjes tas-sajjieda f’Marsaxlokk. Il-proġett, fil-Ponta tal-Qrejten ta’ Marsaxlokk, b’investiment ta’ 2 miljun ewro, jikkonsisti f’reklamazzjoni tal-baħar biex ġie rranġat is-sit għall-faċilità u x-xiri ta’ żewġ krejnijiet biex itellgħu d-dgħajjes fuq l-art mingħajr tbatija għas-sajjieda. B’kollox is-sit jippermetti li fuq l-art jista’ jkun hemm sa żewġ fillieri ta’ dgħajjes kbar, jiġifieri madwar 16-il bastiment ta’ 22 metru, fl-istess ħin, fejn is-sajjieda jkunu jistgħu jagħmlu l-manutenzjoni fuq id-dgħajjes tagħhom huma stess.  

Il-Fondi sabiex ġie żviluppat il-proġett ammontaw għal 75% ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Financial Instrument for Fisheries Guidance (FIFG) u 25% mill-Gvern Malti. 

Waqt diskors ta’ l-okkażjoni, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal “Is-settur tas-Sajd f’Malta ra għajnuna ta’ aktar minn Lm4 miljuni fl-aħħar ħames snin.  Mill-proċess ta’ konsultazzjoni estensiva li għamilna is-sena li għaddiet dwar kif kellhom jiġu investiti dawn it-€855 miljun, mhux biss għarafna li kellna nibqgħu nibnu fuq l-istorja ta’ suċċess tas-sajd f’pajjiżna, iżda għarafna fuq liema aspetti ta’ din l-industrija kellna niffukaw l-aktar.”

 Huwa ħabbar li n-nefqa ta’ €16.3 miljuni li hemm proposta fl-Istrateġija Nazzjonali tas-Sajd ser tiffoka wkoll fuq inizjattivi ġodda. Fost dawn hemm investiment ġdid fl-industrija ta’ l-akkwakultura biex din issir aktar sostenibbli u jitnaqqas l-impatt li tħalli fuq l-ambjent marittimu u Bini ta’ faċilitajiet ġodda għall-ħatt tal-ħut f’ 7 portijiet li minnhom joperaw l-bċejjeċ tal-baħar tas-sajd.

 Prezenti għall-ftuħ ta’ dawn il-faċilitajiet f’isem il-kummissjoni Ewropeja kien l-Kummissarju Ewropew għall-Politika Marittima u s-Sajd, l-Onor. Joe Borg. Huwa  tkellem dwar kif il-fondi Ewropej jistgħu jintużaw għal investimenti importanti u ta' ġid għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. “Dan il-proġett huwa konferma ta' l-impenn kontinwu ta' l-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd u t-titjib fil-kwalità tal-ħajja tas-sajjieda.”  

Il-proġett ta’ Hardstanding Facilities ser jgħin mhux biss  b’mod tekniku lis-sajjieda iżda ser jagħmilha possibbli li tikber l-effiċjenza u l-kompetittivita’. L-Onor George Pullicno, Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent sostna kif is-sajjieda se jkunu qed jiffrankaw kemm il-flus u kif ukoll il-ħin. “Sal-lum, sajjied li għandu dgħajsa ta’ 27 metru, ħtieġlu jħallas madwar elf lira (2, 329ewro) biex itella’ l-opra tiegħu għal 4 t’ijiem f’Malta stess. Kulħadd jifhem li biex wieħed jagħmel l-istess fil-gżira ġara tagħna ta’ Sqallija,  l-ispejjeż huma ogħla waqt li l-iskariġġ hu ikbar.”  

Iktar minn hekk  raġuni oħra li tnaqqas l-ispiża hi, li meta s-sajjieda jiġbdu l-bastiment tagħhom jisfaw bla xogħol.  “Għalhekk jagħmel sens, li la ma jkollhomx x’jagħmlu, ikollhom il-faċilita’ li jew jixkatlaw, jew inkella jiżbgħu l-bastiment tagħhom huma stess. Dan ifisser tnaqqis fl-ispiża tal-manutenzjoni tal-bastimenti tagħhom li twassal għall-kwalita’ ta’ ħajja aħjar,” kompla jgħid il-Ministru Pullicino

 Huwa ħabbar li wara djalogu kontinwu maż-żewġ koperattivi tas-sajd, fil-gimgħat li ġejjin, il-Gvern ser ikun f’pożizzjoni li jiffirma ftehim dwar l-użu  ta’ diesel mingħajr taxxa tas-sisa mis-sajjieda Maltin. Bħalissa qed tkun lesta l-proċedura neċessarja l-ġdida li għandha tkun stabbilita u eżerċitata kontinwament. 

Is-Segretarju Parlamentari Dr Agius qal li l-Proġett ta’ l-iskal hi wegħda li llum minn ħolma saret realta’ u li minn dan il-proġett ser igawdu is-Sajjieda tagħna. Minn taħt l-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd, is-settur tas-sajd gawda minn madwar 3 miljun u nofs Euro fejn din l-għajnuna hija ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Gvern Malti. 

Dr Agius qal li l-Gvern għamel diversi proġetti li minnhom ibbenefikaw is-Sajjieda Maltin u Għawdxin. Semma ċ-Ċentru għall-Ħasil tal-Kaxxi tal-Ħut li jinsab fl-imħażen biswit il-Pixkerija, f’Xatt il-Barriera, l-Belt, li kien inawgurat fl-2005. F’dan il-proġett sar investiment ta’ kważi kwart ta’ miljun lira. Dan l-investiment sar kollu minn fondi tal-Gvern Malti. Biex sar  iċ-ċentru tal-Ħasil tal-kaxxi,  kien jikkonsisti fir-restawr tal-bini fejn kien stallat il-makkinarju tal-ħasil, x-xiri tal-magna tal-ħasil, l-installazzjoni ta’ hoist għall-kaxxi biex ikunu jistgħu jittellgħu u jitniżżlu mis-sular ta’  fuq għal isfel u f’investiment f’kaxxi tal-plastik tat-tlett daqsijiet magħżula mis-sajjieda stess għall-użu tagħhom.

Huwa temm jappella s-sajjieda biex ma jitilfu l-ebda opportunita’ fejn jistgħu japplikaw għal xi forma ta’ għajnuna finanzjarja li ġejja mill-Unjoni Ewropea għax dawk il-fondi huma allokati għalihom u jekk ma ngħamlux użu minnhom jintilfu, temm jgħid Dr Agius.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Malta fost l-ewwel pajjiżi li trasponiet id-Direttiva Ewropea dwar it-Trasparenza fil-Pagi

PR261967

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta fost...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow