Left arrow Mur Lura

Fuljett f’kull dar biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet li jikkawżaw it-tibdil fil-klima

pr1028
Date Icon 06/07/2007

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u l-Bank HSBC ingħaqdu flimkien biex jitqassam fuljett b’pariri dwar x’jista’ wieħed jagħmel biex inaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet ta’ l-effett serra (greenhouse gases) li huma l-kawża prinċipali tal-fenomenu tat-tibdil fil-klima. 

Dan il-fuljett li kien oriġinarjament prodott għal Jum l-Ambjent u kien imqassam waqt attivitajiet b’tema ambjentali organizzati mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ser jerġa’ jiġi mitbugħ għal darb’oħra f’numru kbir biżżejjed biex ikun jista’ jintbgħat f’kull dar f’Malta u Għawdex. L-ispejjeż ta’ stampar u tqassim ta’ dan il-fuljett ser jinqasmu bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u l-HSBC Cares for the Environment Fund. 

Il-fuljett “Tips about reducing greenhouse gases and climate change” jinkludi bosta pariri dwar x’wieħed għandu jagħmel biex inaqqas l-emissjonijiet ta’ dawn il-gassijiet waqt li jkun għaddej fuq il-ħajja ta’ kuljum tiegħu – fid-dar, fuq il-post tax-xogħol jew fil-karozza. Minbarra li jwasslu biex jonqsu l-emissjonijiet tal-greenhouse gases, dawn il-pariri indirettament inaqqsu l-konsum ta’ l-elettriku u ‘fossil fuels’ u b’hekk inaqqsu wkoll l-ispejjeż enerġetiċi ta’ kull min jimxi magħhom. 

Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino spjega li l-fenomenu tat-tibdil fil-klima diġa’ jinsab magħna u kulħadd ser iħoss l-effett tiegħu fl-aħħar mill-aħħar. Hu qal li kulħadd għandu parti żgħira x’jilgħab biex l-effett ta’ dan il-fenomenu jitnaqqas kemm jista’ jkun. 

“Għalkemm proġetti infrastrutturali tal-Gvern, bħar-rijabilitazzjoni ta’ dik li kienet il-miżbla tal-Magħtab u l-ugrading ta’ l-Impjant ta’ Riċiklaġġ ta’ Sant’ Antnin inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet ta’ l-effett serra f’Malta, kulħadd għandu jagħmel sforz ċkejken biex nikkontrollaw it-tibdil fil-klima. Dan il-fuljett ser jagħti l-għarfien meħtieġ biex kull ċittadin ikun jista’ jagħmel dan,” qal il-Ministru Pullicino. 

Hu rringrazzja lill-HSBC Cares for The Environment Fund għall-għajnuna li qed ikomplu jagħtu għal din l-inizjattiva.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

Aktar Stqarrijiet Right arrow