Stqarrija mill-Uffiċju tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ b’risposta għal rapporti fil-media Laburista dwar San Vinċenz de Paul
Il-media Laburista, b’mod partikolari l-istazzjon One News, qegħdin jippersistu f’kampanja ta’ misinformazzjoni rigward is-sitwazzjoni fir-residenza San Vinċenz de Paul.
Filwaqt li l-media l-oħra kollha fehmet l-istqarrija li dan l-uffiċju ħareġ il-bieraħ, u b’ mod partikolari l-parti fejn sostnejna li:
“Fil-ġimgħa li għaddiet, minn popolazzjoni li taqbeż l-elf anzjan u anzjana fir-residenza San Vinċenz mietu ħdax, minn swali li għandhom u m’għandhomx arja kundizzjonata, u dawn l-imwiet m’humiex attribbwibbli għas-sħana.”
Din l-istqarrija ġiet interpretata minn One News bħala nuqqas ta’ ċaħda min-naħa tas-Segretarjat Parlamentari għal xniegħat li mietu ħames anzjani minħabba sħana qawwija.
Għal darb’oħra, għal ragunijiet partiggjani, il-media tal-Partit Laburista qed toħloq allarm u anzjeta’ bla bżonn għall-anzjani residenti f’San Vinċenz de Paul u għall-familjari tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966