Żewġ Publikazzjonijiet minn Mons. Charles G. Vella
Monsinjur Charles G. Vella se jniedi żewġ pubblikazzjonijiet bl-isem ta’ ‘L’etica a servizio della persona malata – esperienze e riflessioni maturate al San Raffaele di Milano’ u ‘X’futur għandhom iż-żwieġ u l-familja – Dak li taf u li għandek tkun taf’ waqt laqgħa għall-pubbliku ġenerali u mistedni distinti li se ssir nhar il-Ħamis 5 ta’ Lulju fis-Sala Robert Samut fis-6.30 ta’ filgħaxija. Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħazagħ u Xogħol, l-Onor. Louis Galea se jippresiedi s-serata.
Dwar il-pubblikazzjoni ‘L’etica a servizio della persona malata – esperienze e riflessioni maturate al S. Raffaele di Milano’ se jitkellmu l-E.T. Prof. Guido De Marco, Rev. Prof. Peter Serracino-Inglott, żewġ kardjologi fl-isptar S. Raffaele ta’ Milan, Dr. Robert Xuereb u Dr. Mariosa Xuereb, u Mons. Charles G. Vella.
Fuq it-tieni pubblikazzjoni, ‘X’futur għandhom iż-żwieġ u l-familja? Dak li taf u li għandek tkun taf’, se jitkellmu Rev. Dr. Joe Mizzi, l-Onor. Dr. Joe Brincat, id-dentista Miriam Sciberras u Mons. Charles G. Vella. Is-Sur Lawrence Grech se jkun il-moderatur għas-serata.
Other Press Releases:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966