IL-MONTI TAL-BELT VALLETTA
Uffiċjali tal-UĦM illum ikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni biex jinfurmaw li l-bejjiegħa tal-Monti tal-Belt Valletta kollha ramaw għall-bejgħ fis-sit il-ġdid fi Triq il-Merkanti.
Il-UĦM talbet li ssir laqgħa mar-rappreżentanti tal-bejjiegħa għada l-Erbgħa wara l-ħin tal-bejgħ biex jiġi diskuss titjib loġistiku għas-sit. Il-Ministeru laqa’ din it-talba.
Il-Ministeru jixtieq jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-bidu ta’ l-attività kummerċjali tal-Monti u jtenni l-impenn tiegħu li jnaqqas kemm jista’ jkun l-effett tal-fatt li fiċ-ċentru tal-Belt bħalissa qed isir xogħol ta’ pavimentar.
Il-Ministeru jtenni wkoll l-impenn tiegħu li jżomm djalogu miftuħ mal-bejjiegħa biex jgħinhom ikattru l-attività tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966