IL-MINISTRU TONIO BORG IFAĦĦAR IL-KONTRIBUT TA’ L-ITALJA GĦALL-IŻVILUPP TA’ L-EKONOMIJA MALTIJA
Fl-okkażjoni tal-Jum ta’ l-Italja fil-Fiera Internazzjonali ta’ Malta, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern faħħar il-kontribut li l-Gvern u poplu Taljan ta għall-iżvilupp ta’ l-ekonomija Maltija u sabiex pajjiżna ikun preparat li mhux biss jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, iżda wkoll jintegra ruħu fis-sistema Schengen fil-futur qrib. Dan jirrifletti r-relazzjonijiet eċċellenti li jeżistu bejn il-forzi ta’ l-ordni taż-żewġ pajjiżi.
Il-Viċi Prim Ministru semma b’mod partikolari l-għajnuna finanzjarja sostanzjali li l-Gvern Taljan ta permezz tal-Protokoll Finanzjarju. Bis-saħħa ta’ dan il-Protokoll Finanzjarju, ġew finanzjati b’kemm jiswew 4 miljun Ewro f’għamara u attrezzaturi fl-Isptar Mater Dei.
L-istess Gvern Taljan qed jgħin lil Malta sabiex tidħol fis-sistema Schengen billi:
| a) | se jagħti s-software kollu li għandu x’jaqsam mas-Sirene Unit illi ser jassigura li informazzjoni dwar kontroll tal-fruntieri titqassam bejn Stati Membri li qegħdin fis-sistema Schengen, |
| b) | qed jipprovdi taħriġ f’Malta u fl-Italja għall-membri tal-Korp tal-Pulizija li se jaħdmu fis-Sirene Unit, fil-Kwartieri Ġenerali, kif ukoll traduzzjoni u pubblikazzjoni tal-manwali li għandhom x’jaqsmu mas-sistema Sirene. |
Dan juri li l-Italja baqgħet tgħin u ssostni lil Malta anki wara s-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.
Stqarrijiet Oħra:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966