KAWŻA TA’ LIBELL KONTRA L-ONOR. DR ALFRED SANT, KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI
L-Onor. Dolores Cristina, Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, flimkien mas-Sur Brian Magro, Kap tas-Segretarjat Privat, bħala persuna responsabbli għas-segretarjat privat kollu tal-Ministru Cristina, illum ippreżentaw rikors il-Qorti tal-Maġistrati kontra l-Onor. Dr Alfred Sant, Kap ta’ l-Oppożizzjoni.
Il-Ministru Cristina u s-Sur Magro għamlu dan minħabba artiklu li deher fit-Torċa, fl-1 ta’ Lulju 2007 liema artiklu kien intitolat “Ħosba ta’ Tixħim” u kien iffirmat mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni nnifsu.
F’dan l-artiklu Dr Alfred Sant allega li hemm it-tixħim fis-segretarjat privat tal-Ministru Cristina, akkuża nfondata u bla bażi li kemm il-Ministru kif ukoll s-Sur Magro, bħala persuna responsabbli għas-segretarjat privat, jiċħdu kategorikament.
Huwa ta’ dispjaċir li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, minflok li jfaħħar il-passi li ttieħdu minn dan il-Ministeru kontra allegazzjonijiet ta’ abbuż fl-għoti tal-pensjoni għall-invalidità, jippreferi jħammeġ nies li mhumiex implikati fil-każ.
Il-Ministru Cristina u membri tas-segretarjat privat tagħha għaddew informazzjoni li waslet għandhom dwar allegat abbuż lill-Pulizija. B’riżultat ta’ dan diġà tressqet persuna quddiem il-Qorti.
Other Press Releases:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966