Left arrow Mur Lura

Xogħol ta’ Caravaggio ser jinġieb mill-Italja għal wirja f’Malta

pr1004
Date Icon 03/07/2007

Bejn il-11 ta’ Ottubru u s-16 ta’ Diċembru 2007,  fil-Konkattidral ta’ San Ġwann se jkun hemm għall-wiri l-pittura ta’ Caravaggio -  ‘Portrait of a Knight’. Din il-pittura famuża insilfet lil Malta mill-Galleria Palatina ta’ Firenze għall-wirja bit-tema:  ‘Caravaggio and Paintings of Realism in Malta’. 

Is-self ta’ din  il-pittura lil Malta sar possibbli permezz ta’ sforz komuni mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, minn Dr Keith Sciberras mill-Università ta’ Malta, mill-Kunsill Malti għall-Kultura  u l-Arti fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-Ambaxxata Taljana f’Malta. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech ħabbar dan is-self ta’ din il-pittura waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet. Hu qal li fil-ftit xhur li Caravaggio għamel f’Malta bejn l-1607 u l-1608, ħallilna diversi xogħlijiet famużi fosthom il-Qtugħ ir-Ras ta’ San Gwann il-Battista, li bosta jqisu bħala l-aqwa kapolavur tiegħu. 

“Portrait of a Knight”  hi wkoll xogħol  li Caravaggio għamel f’Malta iżda li jinstab għall-wiri fil-Galleria Palatina ta’ Firenze. Din il-pittura issa ser ikollna l-opportunità li nammirawha mill-qrib għaliex b’ħidma flimkien, u bl-appoġġ ta’ l-Ambaxxatur Taljan għal Malta, l-E.T. Paolo Trabalza, ser tkun fostna biex tifforma parti minn wirja bit-tema Caravaggio and Paintings of Realism in Malta"  tenna l-Ministru Zammit Dimech. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li x-xogħlijiet li Caravaggio ħalla f’Malta qed jikkontribwixxu biex il-belt kapitali tagħna tkun aktar marbuta ma’ dan l-artist famuż li llum ismu hu fost l-aqwa artisti li qatt kien hawn. Hu qal li dan igħin ukoll biex Malta tkompli tiġi  proġettata bħala destinazzjoni kulturali ta’ l-ogħla kwalità fejn  l-istorja titħallat mal-kultura u l-arti biex jagħmlu minn pajjiżna destinazzjoni unika. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-attivitajiet li qed ikunu organizzati biex jitfakkar il-400 anniversarju minn mindu Caravaggio kien f’Malta ser jikkontribwixxu biex dan l-artist ta’ fama internazzjonali jkun  aktar magħruf fost il-Maltin u jwasslu biex l-istudjużi ta’ Caravaggio jiġu Malta biex huma wkoll jsegwu mill-qrib dak kollu li qed ikun  organizzat. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura rringrazzja lil Dr Keith Sciberras li jispecjalizza fil-xogħlijiet ta’ Caravaggio, lill-Kunsill Malti għall-Arti u Kultura u lill-Ambaxxatur Taljan li bil-ħidma tagħhom ser tinġieb f’Malta din il-pittura. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

Aktar Stqarrijiet Right arrow