STQARRIJA MILL-MINISTRU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’ DWAR ALLEGAZZJONIJIET INFONDATI MILL-KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI
Louis Deguara l-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jirreferi għal dak li skond il-gazzetti qal Alfred Sant fil-Każin Laburista ta’ Ħaż-Żebbuġ nhar il-Ħadd, l-1 ta’ Lulju. Il-gazzetti rrapurtaw lil Alfred Sant jgħid li hu ma jemminx li l-Ministri ma’ jkunux jafu x’inhu għaddej fil-ministeri tagħhom.
Il-Ministru Deguara jikkundanna dan it-tfigħ ta’ tajn mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni li jeċċella fil-passatemp favorit tiegħu. Alfred Sant kemm-il darba qal li hu lest li jagħmel kollox għall-voti saħansitra jagħmel patt max-xitan.
Minkejja li sa issa għad hemm biss allegazzjonijiet u l-istess persuna fis-segretarjat għadha ma tresqitx il-qorti, il-Ministru ttermina l-impjieg ta’ dan l-individwu qabel ma kien għadu tressaq ħadd il-qorti.
Dan għal Alfred Sant ma jgħodd xejn. Flok japprova li l-Ministru ħa l-passi meħtieġa, ikompli jitfa’ t-tajn u jgħid li hu jemmen li l-Ministru kien jaf b’ dawn l-iregolaritajiet u ma għamel xejn.
Il-Ministru jħeġġeġ lil Alfred Sant biex jissostanzja dak li qal. Jekk ma jagħmilx dan, malajr kulħadd jifhem x’inhuma l-vera intenzjonijiet tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966