Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTRU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’ DWAR ALLEGAZZJONIJIET INFONDATI MILL-KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI

pr1001
Date Icon 02/07/2007

Louis Deguara l-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jirreferi għal dak li skond il-gazzetti qal Alfred Sant fil-Każin Laburista ta’ Ħaż-Żebbuġ nhar il-Ħadd, l-1 ta’ Lulju.  Il-gazzetti rrapurtaw lil Alfred Sant jgħid li hu ma jemminx li l-Ministri ma’ jkunux jafu x’inhu għaddej fil-ministeri tagħhom.  

Il-Ministru Deguara jikkundanna dan it-tfigħ ta’ tajn mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni li jeċċella  fil-passatemp favorit tiegħu.  Alfred Sant kemm-il darba qal li hu lest li jagħmel kollox għall-voti saħansitra jagħmel patt max-xitan. 

Minkejja li sa issa għad hemm biss allegazzjonijiet u l-istess persuna fis-segretarjat għadha ma tresqitx il-qorti, il-Ministru ttermina l-impjieg ta’ dan l-individwu qabel  ma kien għadu tressaq ħadd il-qorti. 

Dan għal Alfred Sant ma jgħodd xejn.  Flok japprova li l-Ministru ħa l-passi meħtieġa, ikompli jitfa’ t-tajn u jgħid li hu jemmen li l-Ministru kien jaf  b’ dawn l-iregolaritajiet u ma għamel xejn.

Il-Ministru jħeġġeġ lil Alfred Sant biex jissostanzja dak li qal.  Jekk ma jagħmilx dan, malajr kulħadd jifhem x’inhuma l-vera intenzjonijiet tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

More Press Releases Right arrow