Left arrow Mur Lura

DISKORS MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI, L-ONOR TONIO FENECH FL-OKKAZJONI META L-ISPTAR MATER DEI SE JGHADDI GHAND IL-GVERN MALTI.

PR0990
Date Icon 29/06/2007

Onorevoli Prim Ministru,

Kollegi,

Mistednin distinti 

Sentejn u nofs ilu tajna bidu għall-aħħar parti tal-mixja tagħna biex naslu għal dan il-jum storiku. Kienu 30 xahar ta’ ħidma li ma taqta’ xejn. Kienet sfida kbira li rnexxielna negħlbu għax emminna u għax konvinti li l-proġett ta’ Sptar Mater Dei se jissarraf f’ġid għall-poplu tagħna u f’qabża ta’ kwalita’ fis-servizzi tal-kura tas-saħħa f’pajjiżna. 

Illum, Sptar Mater Dei qed jgħaddi uffiċjalment f’idejn il-Gvern Malti. Bħala ċittadin Malti, inħossni kburi li għandna sptar ġenerali ta’ dan il-livell u kburi b’dak li lkoll flimkien irnexxielna nwettqu. Sptar Mater Dei huwa sptar ta’ klassi mondjali li joffri l-aqwa u l-aħjar għall-pazjenti u għall-impjegati li se jaħdmu fih. Il-qabża ta’ kwalita’ tinħass anke’ f’dan l-ambjent ta’ madwarna: din hija binja majestuża mifruxa fuq 250,000 metru kwadru, li qed tilqa’ fiha villaġġ mediku eċċezzjonali. 

Inħoss sodisfazzjon kbir meta nħares lejn dan il-proġett. Mhux kumbinazzjoni li l-ikbar proġett f’pajjiżna sehh fil-qasam tas-saħħa.  

Nieħu pjaċir nisma’ kummenti ta’ persuni fil-qasam tal-kura tas-saħħa f’Malta li b’awtorita’ u b’konvinzjoni jgħidulek kif fl-esperjenza twila tagħhom anke barra minn Malta, qatt ma raw sptar sabiħ daqs Mater Dei. Dan huwa pożittiv u żgur li dan il-fattur se jikkontribwixxi lejn l-aqwa motivazzjoni tal-professjonisti li se joffru s-servizzi tagħhom minn dan l-isptar.  

Meta ghalaqna in-negozjati ma SMJV u stabilejna zewg oggettivi importanti dik tad-data u il-prezz finali, u li illum b’wiccna min quddiem nidikjaraw li lhaqna, gie propost mill-Ministru tas-Sahha Dr Louis Deguara li biex il-Ministeru tas-Sahha ikun jista jiffoka ahjar fuq il-process ta’ migrazzjoni u reformi mehtiega biex l-Sptar Mater Dei ma jkunx biss ta’ kwalita imma ukoll wiehed li jithaddem b’efficenza hafna akbar, ir-responsabilita tal-kostruzzjoni u t-tlestija tal-Isptar giet moghdija lil Ministeru tal-Finanzi. Dan talab kollaborazzjoni stretta bejn iz-zewg Ministeri; dan ghamilnieh u illum ghandna il-ftuh tal-Mater Dei. 

Dan kollu sar possibli bid-dedikazzjoni kbira li wrew dawk kollha li hadmu fuq dan il-progett. Ghal dan nixtieq nirringrazzja l-ewwel nett  lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi li kellna x-xorti nahdmu taht id-direzzjoni tieghu.   

Bhala Chairman ta’ l-iSteering Committee responsabli mit-tlestija tal-progett, nixtieq ringrazzja b’mod partikolari lil-membri ta’ dan il-kumitat li kienu fundamentali ghal tlestija ta’ dan il-progett,  Id-dimensjoni ta’ dan il-progett offriet sfidi kbar u fuq kollox htiega ta’ ko-ordinazzjoni kbira bejn id-diversi kuntratturi u sub-contractors li involvew litterament eluf ta’ haddiema.  Hdimna flimkien b’dati stretti, u fejn l-icken dewmien seta fiser posponiment tad-data u spejjez kbar. Issa wasalna. 

Nirringrazzja wkoll lill-kuntratturi ewlenin Skanska Malta Joint Venture għad-disinn u l-bini, Frezza għall-għamara u Inso għal apparat mediku, kif ukoll lill-kuntratturi l-ohra kollha. Izda fuq kollox nixtieq nirringrazzja wkoll lit-tim tal-Fondazzjoni ghas-Servizzi Medici. Il-professjonalita u d-dedikazzjoni taghkom jaghmlu unur lill-pajjizna. 

Minn hawn ‘il quddiem tibda sfida ohra. Imiss issa li nitrasformaw dan il-bini attrezzat f’centru mediku mill-aqwa. Wasal iz-zmien li l-awtoritajiet tas-saħħa taht it-tmexxija tal-kollega Ministru tas-Sahha jibdew l-implimentazzjoni ta pjan mahsub bir-reqqa   biex Sptar Mater Dei ikun jista jibda jiftaħ il-bibien tiegħu biex joffri l-aqwa u l-ahjar servizzi lill-poplu Malti u Ghawdxi.   

Grazzi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

Aktar Stqarrijiet Right arrow