DISKORS MINN MS MARION RIZZO, KAP EZEKUTTIV TA’ L-ISPTAR MATER DEI FL-OKKAZJONI META L-ISPTAR MATER DEI SE JGHADDI GHAND IL-GVERN MALTI.
Onorevoli Prim Ministru, mistiednin distinti, kollegi
Il-lejla t-tajba u merhba fi Sptar Mater Dei f'din l-okkazjoni hekk mistennija. Nilqaghkom fil-post fejn jiena u l-kollegi tieghi, l-impjegati ta' dan l-isptar, se nibdew noperaw u noffru s-servizzi lill-pazjenti taghna fil-gimghat u x-xhur li gejjin.
L-isptar Mater Dei offra sfidi kbar lill-impjegati ta' l-isptar, f'ammont ta' xoghol konsiderevoli li ghamlu fl-ippjanar tieghu u f'tahrig u preparazzjonijiet ohra - u ta' dan nixtieq nirringrazzjhom mill-qalb. Izda daqstant iehor l-isptar il-gdid se joffrilna l-opportunita biex inkomlu intejjbu is-servizzi li noffru lill-pazjenti u l-qraba taghhom, kif ukoll lill-poplu Malti kollu.
Għandna sfida kbira quddiemna fix-xhur li ġejjin. Imma l-impenn u d-dedikazzjoni tal-professjonisti u l-impjegati kollha li ħdiemt magħhom fl-Istar San Luqa jimluni b’kuraġġ li din l-isfida milqugħa b’idejna miftuħin u nagħmlu suċċess minnha.
Sinjuri, nawguralkom is-serata t-tajba. U issa naghddi biex nistieden lill-Onorevoli Tonio Fenech Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u lill-Onorevoli Louis Deguara, Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita biex jaghmlu l-indirizzi tieghhom.
GrazziStqarrijiet Oħra:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966