Left arrow Go Back

DISKORS MINN MS MARION RIZZO, KAP EZEKUTTIV TA’ L-ISPTAR MATER DEI FL-OKKAZJONI META L-ISPTAR MATER DEI SE JGHADDI GHAND IL-GVERN MALTI.

PR0989
Date Icon 29/06/2007

Onorevoli Prim Ministru, mistiednin distinti, kollegi 

Il-lejla t-tajba u merhba fi Sptar Mater Dei f'din l-okkazjoni hekk mistennija. Nilqaghkom fil-post fejn jiena u l-kollegi tieghi, l-impjegati ta' dan l-isptar, se nibdew noperaw u noffru s-servizzi lill-pazjenti taghna fil-gimghat u x-xhur li gejjin. 

L-isptar Mater Dei offra sfidi kbar lill-impjegati ta' l-isptar, f'ammont ta' xoghol konsiderevoli li ghamlu fl-ippjanar tieghu u f'tahrig u preparazzjonijiet ohra - u ta' dan nixtieq nirringrazzjhom mill-qalb. Izda daqstant iehor l-isptar il-gdid se joffrilna l-opportunita biex inkomlu intejjbu is-servizzi li noffru lill-pazjenti u l-qraba taghhom, kif ukoll lill-poplu Malti kollu. 

Għandna sfida kbira quddiemna fix-xhur li ġejjin.  Imma l-impenn u d-dedikazzjoni tal-professjonisti u l-impjegati kollha li ħdiemt magħhom fl-Istar San Luqa jimluni b’kuraġġ li din l-isfida milqugħa b’idejna miftuħin u nagħmlu suċċess minnha. 

Sinjuri, nawguralkom is-serata t-tajba. U issa naghddi biex nistieden lill-Onorevoli Tonio Fenech Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u lill-Onorevoli Louis Deguara, Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita biex jaghmlu l-indirizzi tieghhom. 

Grazzi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

More Press Releases Right arrow