Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI BI TWEĠIBA GĦALL-KONFERENZA TA’ L-AĦBARIJIET MILL-ALLEANZA TA’ L-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ PENSJONANTI

PR0986
Date Icon 28/06/2007

B’referenza għall-konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret il-bieraħ mill-Alleanza ta’ l-Organizzazzjonijiet ta’ Pensjonanti, il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali jixtieq jiċċara li żgur qatt ma kienet l-intenzjoni tal-Ministru Cristina jew ta’ xi ħadd mill-Ministeru  li l-Alleanza tiġi injorata jew mgħoddija biż-żmien.

Il-Gvern wera bil-provi, kemm fil-passat kif ukoll issa, li m’għandux problema li jikkonsulta. Fil-fatt, proprju qabel ma l-Alleanza għamlet il-konferenza ta’ l-aħbarijiet, kien diġà sar qbil dwar laqgħa li ser issir mal-Grupp Tekniku dwar is-suġġett u dwar laqgħa oħra mal-Ministru Cristina aktar tard lejn l-aħħar ta’ Lulju. Il-Ministru kienet dejjem tal-fehma li l-membri ta’ l-Alleanza kellhom jiltagħqu ma’ grupp tekniku biex jiflu u jixtarru sew l-implikazzjonijiet tal-proposti tagħhom, imbagħad issir il-laqgħa tagħha ma’ l-Alleanza. 

Ta’ min ifakkar li meta f’Novembru 2006 saret laqgħa bejn il-Ministru Louis Galea u l-Ministru Cristina u rappreżentanti ta’ l-Alleanza, intqal b’mod l-aktar ċar li l-Gvern kien qieghed iħares b’mod immedjat lejn riforma fis-sistema tal-pensjonijiet li tirrigwarda l-pensjonanti tal-ġejjieni.  

F’din il-laqgħa, kemm il-Ministru Galea kif ukoll il-Ministru Cristina saħqu li din ir-riforma ma kienetx ser tolqot li dawk li huma diġà rtirati. Wara din il-laqgħa, il-Gvern ħa wkoll xi suġġerimenti li għamlet l-istess Alleanza u daħħalhom fir-riforma li bdiet tiġi mplimentata f’1 ta’ Jannar, 2007.  

Aktar minn hekk, kif intqal lill-Alleanza bil-miktub għal aktar minn darba, il-pass li jmiss issa hu l-konsiderazzjoni ta’ aspetti oħra fil-qasam tal-pensjonijiet, jiġifieri b’mod partikolari fejn jidħlu anomaliji u sitwazzjonijiet li jolqtu lill-pensjonanti preżenti.  

Għaldaqstant il-Gvern bħalissa għaddej b’ħidma konkreta u qiegħed jixtarr is-suġġerimenti ta’ l-Alleanza, kif ukoll ta’organizzazzjonijiet oħra. Iżda huwa importanti ħafna li jiġi apprezzat il-fatt li kull deċiżjoni trid tittieħed b’responsabbiltà u f’kuntest ta’ l-impatt finanzjarju tal-miżuri proposti, b’konsiderazzjoni għal dawk b’pensjonijiet l-aktar baxxi. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

Aktar Stqarrijiet Right arrow