IL-MINISTRU CENSU GALEA JERGA’ JIKTEB LILL KUMMISSJONI PERMANENTI KONTRA L-KORRUZZJONI U LILL-AWTORITA’ TAX-XANDIR
Għall-ħames darba f’dawn l-aħħar jiem il-Ministru Censu Galea talab lill-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni, biex tinvestiga d-diskors li sar mill-Onor. Joe Mizzi fil-Parlament nhar l-Erbgha, 27 ta’ Ġunju, 2007.
F’dan id-diskors l-Onor. Mizzi taħt il-privileġġi Parlamentari għamel numru ta’ allegazzjonijiet fil-konfront ta’ impjegati ta’ l-Awtorita Marittima ta’ Malta.
F’din il-ħames talba għall-investigazzjoni ta’ l-allegazzjonijiet ta’ l-Onor. Mizzi, il-Ministru Censu Galea talab lill-Kummissjoni biex tagħmel l-investigazzjoni tagħha fl-iqsar żmien possibbli.
Illum, il-Ministru Censu Galea kiteb ukoll lill-Awtorita’ tax-Xandir, fejn ġibed l-attenzjoni lil din l-istess Awtorita’ għal mod qarrieqi li qed tiġi rrapurtata din il-kwistjoni fuq il-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista u ta’ kif qed jiġu manipulati b’mod qarrieqi l-privileġġi parlamentari.
Il-Ministeru lmenta ukoll ma’ l-Awtorita’ li r-risposti għall-allegazzjonijiet li saru mid-Deputat Laburista fil-Parlament twieġbu mill-Ministru Censu Galea fil-Parlament, iżda dawn ma ġewx irrapurtati.
Stqarrijiet Oħra:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966