Left arrow Mur Lura

L-AĦJAR RIŻULTAT FIT-TURIŻMU FL-AĦĦAR ĦAMES SNIN

PR0982
Date Icon 28/06/2007

Għall-ħames xahar wara l-ieħor din is-sena n-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna żdied. Ċifri ippubblikati llum mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika juru li f’Mejju kien hemm żieda oħra ta’ 6,287 turist, jew ta’ 6.1 fil-mija.

L-ewwel ħames xhur tas-sena kienu l-aħjar ħames xhur fl-aħħar ħames snin. Bi 384,383 turist l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena urew żieda ta’ 21,691 turist jew ta’ 6 fil-mija. In-nefqa mit-turisti fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena kienet ta’ Lm130.6 miljun, żieda ta’ Lm6.2 miljun jew ta’ 5 fil-mija fuq l-istess perijodu ta’ l-2006.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura kkonferma x-xejra inkoraġġanti li hemm fil-qasam turistiku li hi r-riżultat ta’ diversi miżuri li ttieħdu mill-Gvern u l-Awtorità għat-Turiżmu ta’ Malta biex jitjieb il-prodott, biex ikun hemm aktar promozzjoni ta’ pajjiżna u biex ikollna numru biżżejjed ta’ seats fuq l-ajruplani biex min jagħżel li jiġi Malta jsib il-mezz biex jiġi.

“It-titjib tal-prodott hi ħaġa kontinwa b’titjib fit-toroq, fl-infrastruttura u d-dehra ta’ pajjiżna. Il-promozzjoni ta’ Malta issa qed tkun faċilitata billi din ittieħdet minn Media Consulta, kumpannija kbira li l-kuntratt tagħha hu marbut mar-riżultati. Bl-introduzzjoni tal-low cost carriers u biż-żieda ta’ seats fuq l-Air Malta u legacy airlines oħrajn min irid jiġi pajjiżna ser ikollu għażla akbar ta’ linji ta’ l-ajru ma’ min jivvjaġġja,” tenna l-Ministru Francis Zammit Dimech.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-Gvern jagħraf l-importanza kbira tat-turiżmu għall-ekonomija nazzjonali u kien għalhekk li f’dawn l-aħħar jiem approva fondi addizjonali lill-MTA biex tkun tista’ tissokta bil-programmi ta’ ħidma tagħha. Dan qed isir ukoll għax il-Gvern jemmen bis-serjetà fil-ħtieġa li nkomplu nkabbru aktar l-industrja tat-turiżmu għall-ġid ta’ l-ekonomija nazzjonali u tal-poplu Malti kollu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

Aktar Stqarrijiet Right arrow