FTEHIM FIL-QASAM TAS-SAĦĦA BEJN MALTA U IŻRAEL JIDĦOL FIS-SEĦĦ
Malta u Iżrael iffirmaw ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-Saħħa u l-Mediċina li daħal fis-seħħ fl-20 ta’ dan ix-xahar hekk kif kien ratifikat mill-Gvern Iżraeljan.
Il-ftehim li kien iffirmat waqt żjara li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Michael Frendo kien għamel f’Iżrael jgħid li ż-żewġ pajjiżi għandhom jinkoraġixxu l-kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa billi jibdlu informazzjoni li tkun ta’ benefiċċju għaż-żewġ naħat u b’mod partikolari ikun hemm skambju ta’ speċjalisti għal skop ta’ studju u konsultazzjonijiet; billi jkun hemm kuntatti diretti bejn istituzzjonijiet u organizazzjonijiet mediċi taż-żewġ pajjiżi u billi jiskambjaw informazzjoni dwar apparat ġdid, prodotti farmaċewtiċi u żviluppi teknoloġiċi relatati mal-mediċina u s-saħħa pubblika.
Barra minn dan il-Ftehim jipprovdi wkoll li f’każ li xi wieħed miż-żewġ pajjiżi isiru kungressi jew konferenzi konnessi mal-qasam tas-saħħa jinfurmaw lil xulxin bihom u jekk ikun il-każ jibgħatu lil xulxin materjal li joħroġ minn dawn il-laqgħat. L-Awtoritajiet tas-Saħħa tal-pajjiżi rispettivi għandhom jgħaddu lil xulxin listi ta’ letteratura medika, filmati u kull materjal ieħor stampat jew audio-viżiv li għandu x’jaqsam mal-kura tas-saħħa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966