Left arrow Mur Lura

Arja Kundizzjonata fir-residenza St. Vincent de Paul

PR0973
Date Icon 27/06/2007

L-Awtoritajiet tar-Residenza St.Vinċent de Paul jirreferu għal Stqarrija li ħarġet il-bieraħ minn Kelliema ta’ l-Oppożizzjoni dwar anzjani fi swali partikolari li qed jingħad li tħallew u għadhom mingħajr il-faċilita’ ta’ l-arja kundizzjonata peress li din kienet bil-ħsara. 

L-istess Awtoritajiet jikkonfermaw li waqt li kien hemm xi ħsarat f’xi apparat ta’ l-arja kundizzjonata f’xi swali, wieħed jistenna li jinqalgħu ħsarat fl-apparat imsemmi meta dan jiġi wżat b’mod kontinwu kawża tas-sħana mhux normali ta’ dawn il-jiem. 

Għandu jingħad ukoll li kwalunkwe installazzjoni ta’ apparat ta’ l-arja kundizzjonata li saret fir-Residenza St.Vincent de Paul dejjem saret taħt il-Gvern attwali u mhux il-każ li  dak li ġara, seħħ minħabba f’xi forma jew oħra ta’ traskuraġni, jew għax l-Awtoritajiet tar-Residenza mhux qed jagħmlu xogħlhom sew. 

Il-fatti huma li bħalissa fir-Residenza St.Vincent de Paul għaddej programm sħiħ ta’ stallazzjoni ta’ apparat ġdid, kif ukoll ta’ manutenzjoni f’ħafna mis-swali. Jista’ jingħad li tender li se tiġi mogħtija dalwaqt taħseb biex tkun installata sistema ġdida biex tinbidel dik attwali fis-Swali ta’ l-Irġiel 7 u 8 bi spiża li tlaħħaq l-Lm40,000 (€93.170). 

Qed isir xogħol ta’ manutenzjoni f’Sala 22 (St.Joseph) waqt li qed ikun implimentat proġett ta’ stallazzjoni ta’ sistema ta’ arja kundizzjonata ġdida, li wkoll se tieħu post dik attwali, fis-swali 13,14,15,16 (St.Joseph) bi spiża kapitali ta’ Lm110,000 (€256.230). 

Intant, sakemm isir dan ix-xogħol qed jittieħdu l-miżuri kollha possibbli biex jiġi affrontat dan il-perjodu ta’ sħana mhux normali għal dan iż-żmien tas-sena. Fil-fatt mistenni jkun provdut servizz proviżjorju permezz ta’ mobile air-conditioners flimkien ma’ miżuri oħra bħal fans u ilma kiesaħ kontinwu.

Dan kollu għandu jwassal biex l-anzjani f’din ir-residenza jkompli jingħatalhom l-aħjar servizz b’dawk il-faċilitajiet kollha li jixirqilhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

Aktar Stqarrijiet Right arrow