Żjara ta’ l-Eċċellenza Tiegħu Mons Arċisqof Pawlu Cremona fil-Qrati tal-Ġustizzja
Nhar it-Tlieta 3 ta’ Lulju 2007, f’12.00pm, l-Eċċellenza Tiegħu Mons Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser iżur il-Qorti f’Malta biex jiltaqa’ ma’ dawk li jaħdmu hemm jew jeżerċitaw il-professjoni tagħhom hemm.
L-Eċċellenza Tiegħu Mons Arċisqof ser jiġi milqugħ mis-Sinjurija Tiegħu l-Prim Imħallef, mill-Onor. Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern, mis-Segretarju Parlamentari u mis-Segretarju Permanenti fl-istess Ministeru u mid-Direttur Ġenerali tal-Qrati.
Mons. Arċisqof ser iżur diversi ambjenti tal-Qorti u ser ikollu laqgħat mal-impjegati fl-Awla 22, ma’ l-Avukati u l-Prokuraturi Legali fil-Kamra ta’ l-Avukati, u mal-membri tal-Ġudikatura fil-Kamra tal-Konferenzi.
Membri ta’ l-Istampa, inklużi fotografi u cameramen, huma mistiedna li jattendu għal kull parti tal-programm iżda mhux ser ikun possibbli li jattendu waqt il-laqgħa fl-Awla 22, fil-Kamra ta’ l-Avukati u fil-Kamra tal-Konferenzi. Minħabba r-Regoli tal-Qorti, ritratti u filmati ghandhom ikunu limitati ghall-imsemmija żjara u ma jistgħux jittieħdu ritratti jew jinġibdu filmati mhux konnessi ma’ din iz-żjara.
Programm ta’ l-attivitajiet qed jiġi hawn mehmuż.
Stqarrijiet Oħra:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966