Stqarrija mill-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunità dwar allegazzjonijiet ta’ abbuż fl-għoti tal-pensjoni ta’ l-Invalidità
Il-Ministeru kien infurmat li, f’qasir żmien, ser jitressqu l-Qorti persuni b’konnessjoni ma’ allegat ħlas ta’ flus sabiex persuni jingħataw il-Pensjoni ta’ l-Invalidità. Fost il-persuni li qed jiġu nvestigati hemm persuna li taħdem fis-Segretarjat Privat tal-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, li immedjatament ġie tterminat l-impjieg tagħha, fi ħdan is-Segretarjat.
Il-Ministeru jixtieq jagħmilha ċara, li għalkemm l-allegat abbuż ma sarx f’settur li jaqa’ taħt ir-responsabbilità diretta tiegħu, jikkundanna bl-iktar mod qawwi kull xorta ta’ abbuż; f’dan il-każ, abbuż minn sistemi biex b’qerq, jittieħed benefiċċju minn servizz soċjali.
Il-Ministeru, b’din l-azzjoni, qiegħed bil-fatti jsegwi l-linja tal-Gvern li fejn ikun hemm suspetti ta’ mġieba mhix xierqa, jieħu azzjoni immedjata.
Stqarrijiet Oħra:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966