Left arrow Go Back

TMIEM IL-ĠIMGĦA TA’ L-IMNARJA SPEĊJALI F’GĦAWDEX

PR0968
Date Icon 27/06/2007

Matul tmiem il-ġimgħa li jinkludi l-festa tradizzjonali ta’ l-Imnarja, il-Kunsill tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Munxar qed jorganizzaw attivita’ kulturali fil-bajja pittoreska tax-Xlendi, f’Għawdex.  

L-attivita’ tibda s-Sibt 30 ta’ Ġunju wara li jkunu għaddew il-festi ta’ l-Imnarja normalment iċċelebrati fin-Nadur. Il-programm, li jibda fid-9.00pm jinkludi s-sehem tal-gruppi popolari Għawdxin ‘Mistaken Identity’ u ‘Cash and Friends’ kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-kantant Malti, Vittorio Gauci. 

L-attivitajiet tal-Ħadd l-1 ta’ Lulju huma maħsuba biex jesponu l-elementi folkloristiċi tal-kultura Għawdxija bis-saħħa tal-parteċipazzjoni ta’ diversi għannejja u gruppi folkloristiċi li jinkludu il-grupp Menħir tal-Qala, il-grupp Ċiangura minn San Lawrenz u l-grupp Aurora mill-belt Victoria.  Il-banda San Girgor tar-raħal ta’ Kerċem u logħob tan-nar ser ikomplu joħolqu spirtu ta’ festa matul din il-lejla. L-attivitajiet huma mistennija jibdew fis-6.30pm. 

Biex jikkumplimentaw dawn l-attivitajiet rikreattivi, is-sidien tar-ristoranti flimkien mas-sajjieda u bejjiegħa tal-ħut qed jipparteċipaw fl-organizzazzjoni ta’ festival tal-ħut, li ser ikun l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’Għawdex.  F’dawn iż-żewġ serati, meta wieħed jixtri l-ħut minn ġo stands li ser ikunu mwaqqfa apposta, ix-xerrej ser jingħata biljett li hu jkun jista’ juża għand wieħed mir-ristoranti biex dawn jixwu l-ħut bi prezz nominali. Il-biċċa l-kbira tar-ristoranti qed jipparteċipaw f’din l-inizjattiva. 

Matul dawn il-jumejn ser ikunu organizzati wkoll dawriet bid-dgħajjes madwar l-għerien li jinsabu f’din il-bajja flimkien ma’  taqsima għat-tfal li ser titwaqqaf għal din l-okkażjoni. 

Sabiex  jiġu evitati konġestjonijiet tat-traffiku, l-organizzaturi qed jappellaw għall-koperazzjoni min-naħa tas-sewwieqa billi dawn jużaw it-triq li tgħaddi mill-Fontana biex jaslu x-Xlendi u jmorru lura minn naħa tal-Munxar. 

Aktar dettalji u informazzjoni jistgħu jinkisbu permezz tan-numri tat-telefon 21556125 u 21558755.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

More Press Releases Right arrow