Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KOMPETTIVITA’ U KOMUNIKAZZJONI

PR0962
Date Icon 26/06/2007

Illum tressqu żewġ persuni l-qorti wara li ġew investigati mill-Pulizija dwar allegazzjonijiet ta’ rregolaritajiet li kkomettew. Taħt dan il-Gvern, kull min jikkommetti xi tip ta’ rregolarita’ jrid jiffaċċja l-konsegwenzi kollha tal-Liġi.

L-investigazzjoni mill-Pulizija bdiet wara li fl-24 ta’ Mejju li għadda, l-Awtorita’ Marittima, permezz ta’ l-avukati tagħha kitbet lill-pulizija biex tinfurmahom li kienu rriżultaw “Suspetti ta’ rregolaritijiet fil-proċess li jwassal għall-ħruġ ta’ liċenzji għas-sewqan ta’ inġenji tal-baħar”.

Dawn is-suspetti rriżultaw wara li l-Awdituri ta’ l-MMA nnifisha nnotaw xi diskrepanzi fid-dokumentazzjoni relattiva u dak in-nhar stess il-każ ġie riferut lill-Pulizija.

Wara li l-Pulizija għamlet l-investigazzjonijiet tagħha ressqet żewġ persuni l-qorti dwar dan il-każ.

Dan juri li kemm l-Awtorita’ Marittima kif ukoll il-Gvern jieħdu bl-akbar serjeta’ kull indikazzjoni ta’ rregolarita’.

Kuntrarjament għal dak li qed jingħad minn ħaddieħor li japprofitta mill-Privileġġ Parlamentari biex jgħawweg il-fatti, taħt dan il-Gvern kull min ikun suspettat b’irregolarita’ ser jittieħdu l-passi kontrih kollha skond il-Liġi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

More Press Releases Right arrow