Left arrow Mur Lura

Esibizzjoni ta’ Studenti ta’ Inġinerija ta’ l-MCAST

PR0951
Date Icon 22/06/2007

Mil-lum sa nhar it-Tnejn 25 ta’ Ġunju, l-istudenti ta’ l-Istitut ta’ l-Inġinerija Elettrika u Elettronika qed itellgħu wirja tal-proġetti li għamlu matul din is-sena bħala parti mill-kors tagħhom fl-MCAST. 

Din il-wirja hija opportunità biex l-istudenti juru dak li tgħallmu, biex min iħaddem ikollu idea ta’ x’inhuma kapaċi jagħmlu l-istudenti ta’ l-MCAST, biex il-pubbliku japprezza l-għerf u l-ħiliet ta’ l-istudenti u biex studenti oħrajn isiru jafu aktar dwar dan is-settur u jitħajjru jsegwu kors f’dan il-qasam.

Il-proġetti f’din il-wirja huma marbuta ma’ dak li għandha bżonn l-industrija ta’ llum.  Meta tkellem waqt il-ftuħ tal-wirja, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea qal li fil-proġetti tagħhom, l-istudenti f’dan l-istitut, juru disinn u funzjonalità li tixhed preparazzjoni mill-aqwa li qed jirċievu mill-kulleġġ.  Louis Galea qal li l-wirja hija vetrina mill-aqwa li għandu jżurha kulħadd imma b’mod partikolari dawk li jaħdmu f’dan is-settur u l-istudenti li bħalissa qed jikkonsidraw fejn se jkomplu l-istudji tagħhom f’Settembru li ġej. 

Hu fakkar li din il-ġimgħa l-MCAST nieda l-prospett tiegħu u b’hekk ikun ta’ ġid għall-istudenti prospettivi li jaraw x’isir f’dan is-settur.  Hu qal li kull min jara dawn il-proġetti jibqa impressjonat b’mod pożittiv x’kapaċitajiet għandhom l-istudenti Maltin u dan żġur li għandhu jqawwilna qalbna għall-futur ta’ l-industrija Maltija li qed tkompli tiżviluppa u tirriġenera lilha nnifisha.

Fl-aħħar kummenti tiegħu l-Ministru Galea reġa appella biex aktar studenti nisa jidħlu għas-suġġetti ta’ l-inġinerija.  Minkejja li n-numru ta’ tfajliet f’dawn is-setturi qiegħed dejjem jiżdied u minkejja li fil-maġġoranza tal-korsijiet l-ammont ta’ studenti nisa jiżboq dak ta’ l-irġiel f’dawn is-suġġetti għadu qed jinħass in-nuqqas tan-nisa.

Louis Galea appella biex aktar studenti nisa jikkonsidraw dawn is-suġġetti li joffru opportunitajiet kbar ta’ xogħol u fl-istess ħin appella lill-ġenituri biex ma jaqtawx qalb it-tfal bniet tagħhom jekk juru ħajra għal dawn is-suġġetti.

Fost l-proġetti għall-wirja nsibu:

Ir-rebbieħ tal-premju għall-Applikazzjoni fl-Industrija:  Permezz ta’ dan il-proġett, David Bonnici ħoloq sistema li permezz tagħha ikun jista jsir monitoraġġ ta’ forn industrijali u tinġabar u tiġi pproċessata l-informazzjoni kollha miġbura.  Is-sistema tista titħaddem fuq numru ta’ fran u tuża sistema wireless biex tgħaddi l-informazzjoni għal ġo sistema ċentrali li tista tingħaqad ma sistemi oħrajn anke madwar id-dinja permezz ta’ l-internet.

Ir-rebbieħ tal-premju għall-innovazzjoni:  Clint Grech ħoloq ras robotika ta’ bniedem li kapaċi timita diversi espressjonijiet li kapaċi jagħmlu l-bnedmin.  Dan isir permezz ta’ program komputerizzat li jmexxi l-kontrolli ta’ din ir-ras.  Il-programm jista jmexxi diversi muturi żgħar fl-istess ħin biex ir-robot jew f’dan il-każ, din ir-ras, tkun tista tirreplika x-xogħol jew l-moviment li jagħmli l-bnedmin.

Ir-rebbieħ tal-premju għall-aħjar proġett: L-enerġija alternattiva qed tingħata aktar importanza dan iż-żminijiet.  David Micallef ħoloq sistema li permezz tagħha l-enerġija li tinġabar permzz tas-‘Solar Panels’ u li jkun f’kurrent dirett ikun jista jiġi ttrasformat f’dawl bħal ma jiġi pprovdut mis-sistema tad-dawl normali biex b’hekk tkun tista tintuża fid-djar jew l-industirji.  Is-sistema l-ewwel iżżid il-vultaġġ u imbgħad titrsforma l-elettriku minn AC għal DC u b’hekk id-dawl ikun l-istess bħal ma jiġi pprovdut fuq il-grid nazzjonali ta’ l-elettriku.  Is-sistema tuża wkoll kakulazzjonijiet artimetiċi speċjali (algorithms) bħala miżuri ta’ sigurtà kif speċifikat mill-Awtorità Maltija dwar ir-Riżorsi.  Is-sistema hi wkoll mqabbda ma’ l-internet biex ikun jista jsir monitoraġġ tas-sistema minn postijiet jew saħansitra pajjiżi differenti. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

Aktar Stqarrijiet Right arrow