Left arrow Mur Lura

Jibda jingħata l-asfalt fuq it-triq arterjali tar-Ramla f’Għawdex

PR0950
Date Icon 22/06/2007

Ix-xogħlijiet fuq l-ewwel parti tal-proġett li ser jagħtu dehra ġdida lit-triq li tgħaqqad lir-raħal tan-Nadur mal-bajja pittoreska tar-Ramla l-Ħamra issoktaw fl-aħħar jiem hekk kif bħalissa qed jingħata l-ewwel saff ta’ tarmac magħruf bħala base course fil-parti mhux residenzjali, b’tul ta’ 1.6 kilometri. 

Dan il-fażi tal-proġett issegwi xogħlijiet oħra li saru fuq din il-parti tat-triq inkluż il-mogħdija ta’ servizzi, il-livellar tat-triq u l-formazzjoni ta’ bankini. Hekk kif jingħata l-ewwel saff ta’ asfalt jissoktaw ix-xogħlijiet fuq il-bini tal-bankini, it-tisbiħ u l-irranġar ta’ passaġġi u ħitan kif ukoll l-għoti ta’ l-aħħar saff ta’ asfalt.  

Waqt żjara fuq il-lant tax-xogħol dalgħodu, il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, tkellmet dwar l-importanza ta’ dan il-proġett u spjegat kif minbarra li hija triq arterjali, din tiġi wżata wkoll minn bosta Għawdxin, Maltin u barranin li jiffrekwentaw il-bajja popolari tar-Ramla l-Ħamra, speċjalment fix-xhur tas-sajf. Dan il-proġett huwa wieħed minn bosta proġetti infrastrutturali li qed jaħdem fuqhom il-Ministeru għal Għawdex, bil-għan li jtejjeb il-prodott turistiku offrut f’Għawdex.  

Minbarra t-triq tar-Ramla, il-Ministeru għal Għawdex għaddej b’ħidma ntensiva fuq għadd ta’ proġetti oħra mmirati li jtejbu l-prodott turistiku li toffri l-gżira, fosthom:

·        il-proġetti ta’ bini ta’ Istitut ta’ Taħriġ fl-Istudji Turistiċi fil-Qala,

·        il-bini ta’ l-ewwel Incubation Centre għall-artiġjanat u

·        t-tkabbir taċ-Ċentru Għawdxi ta’ l-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri f’Għajnsielem,

·        il-proġett b’riżq il-konservazzjoni taċ-Ċittadella u

·        l-bini ta’ l-Impjant għat-Trattament tad-Drenaġġf’Ras il-Ħobż limiti ta’ Għajnsielem fost l-oħrajn.  

Dawn il-proġetti jsegwu proġetti oħra bħal dak li ndirizza l-industrija ta’ l-għadds, li flimkien għandhom isaħħu l-esperjenza tal-viżitatur f’Għawdex. 

Il-proġett tat-triq tar-Ramla huwa wieħed minn sensiela ta’ proġetti ta’ bini mill-ġdid jew asfaltar f’diversi toroq arterjali li saru mill-Ministeru għal Għawdex fl-aħħar snin, fosthom it-triq li tgħaqqad l-Għasri maż-Żebbuġ, id-daħla tan-Nadur, parti mit-triq ta’ Marsalforn kif ukoll it-triq bejn ir-Rabat u San Lawrenz, li x-xogħol fuqha mistenni jasal fi tmiemu fil-ġimgħat li ġejjin.  

Fl-istess żmien, il-Ministeru għal Għawdex għaddej bil-bini u rranġar ta’ diversi toroq f’żoni residenzjali, filwaqt li qed jissokta x-xogħol b’ritmu mgħaġġel fuq it-triq bejn il-Port ta’ l-Imġarr u x-Xewkija.  

Fil-jiem li għaddew ġew ippublikati wkoll offerti b’konnessjoni mal-bini mill-ġdid tat-triq tax-Xlendi u dik Ta’ Pinu kif ukoll offerti marbuta ma’ tlett toroq residenzjali li jinsabu f’Għajnsielem, Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

Aktar Stqarrijiet Right arrow