Il-Ministru Censu Galea jerga’ jikteb lill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni
Għat-tielet darba din il-ġimgħa, l-Ministru għall-Kompetittività u Komunikazzjoni, l-Onor. Censu Galea kiteb lill-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni biex tinvestiga diskors ieħor li sar mill-Onor Joe Mizzi, M.P. fil-Parlament nhar it-Tlieta 19 ta’ Ġunju, 2007.
Din it-talba ssegwi ż-żewġ talbiet oħra li l-istess Ministru għamel lill-Kummissjoni bi tweġiba għad-diskors ta’ l-istess Onor. Mizzi u diskors ieħor li għamel l-Onor. Jose’ Herrera.
Din l-aħħar talba tal-Ministru qegħda ssir wara li l-istess Ministru nhar l-Erbgħa 20 ta’ Ġunju 2007 waqt l-aġġornament fil-Parlament talab lill-Kummissjoni biex tinvestiga mhux biss l-allegazzjonijiet riċenti, iżda wkoll kull allegazzjoni oħra li setgħet saret dwar l-istess Awtorità Maríttima.
Other Press Releases:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966