SOLIDARJETÀ U IMPENN MAL-ĦADDIEMA
PR0945
21/06/2007
Il-Ministru għall-Investiment, Industrija u IT jixtieq jesprimi s-solidarjietà tiegħu mal-ħaddiema tal-Bortex li llum saru jafu li se jintemmilhom l-impieg tagħhom.
Il-Gvern sejjer – bħal ma’ għamel fil-każ tal-VF – mhux biss jimmobilizza r-riżorsi tiegħu kollha lokali imma sejjer ukoll japplika għall-fondi Ewropej addizzjonali biex jintużaw għat-taħriġ ta’ dawn il-ħaddiema sabiex ikun faċli għalihom isibu xogħol ieħor.
Ma hemm ebda dubbju li dawn huma mumenti diffiċli għall-ħaddiema nvoluti u l-familji tagħhom iżda l-Gvern hu fiduċjuż illi bl-għajnuna attiva ta’ l-ETC jinstab xogħol alternattiv għalihom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966