Left arrow Mur Lura

L-MCAST istituzzjoni fundamentali u kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku ta’ Malta

PR0943
Date Icon 21/06/2007

It-tqegħid ta’ l-ewwel ġebla ta’l-espansjoni tal-Lufthansa Technik mistennija issir f’Lulju

It-tqegħid ta’ l-ewwel ġebla għall-espansjoni ta’ Lufthansa Technik mistennija issir fl-ewwel ġimgħat ta’ l-Lulju. Dan qalu l-Ministru Austin Gatt, meta llum żar numru ta’ studenti li bħalissa qed jitħarrġu fl-istut ta’ l-inġinerija aeronawtika fl-MCAST. Il-Ministru Austin Gatt fisser l-MCAST bħala istituzzjoni fundamentali u kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna.  

Il-mod kif qed tespandi u tibidel l-ekonomija ser tkun dipendenti fuq is-suċċessi tal-mod li bih is-setturi edukattivi, kemm l-MCAST u l-Universita’ ser ikunu jistgħu jissodisfaw id-domanda ta’ l-industrija għall-studenti u ħaddiema mħarrġa.  

Sfortunatament, kif wieħed jista’ jinnota, bħalissa pajjiżna qed jixhed l-egħluq ta’ żewġ fabbriki fis-settur tat-tessuti, liema egħluq mingħajr dubju huwa sfortunat għall-ħaddiema u l-familji tagħhom. Dan qed iseħħ fl-istess waqt li qed naraw espansjonijiet ġodda f’setturi ġodda, bħalma huwa dak ta’ l-avjazzjoni.  

Il-Ministru Gatt fisser li huma l-Maltin li preżentament qed jaħdmu f’dan is-settur. L-istess mod, huma t-tfajliet u l-ġuvintur Maltin li qed jitħarrġu biex jimlew l-opportunitajiet li qed jinħolqu fl-avjazzjoni. Fost dawn hemm l-impjiegi li qed jinħolqu permezz tal-Lufthansa Technik. Mhux biss, fil-fatt studenti f’dan is-settur qed jiġu impjegati wkoll mill-Air Malta, Medavia u Aeromaritime. Din għandha twassal biex aktar studenti Maltin jitħarrġu f’dan il-qasam, u jkomplu juru kif il-Maltin huma kapaċi u għandhom potenzjal li jikbru f’dan is-settur.  

Sadanittant, il-Ministru Gatt ħabbar li bħalissa għaddejja ħidma estensiva fuq l-espansjoni tal-Lufthansa Technik, liema espansjoni għandha twassal biex jiġu impjegati 550 ħaddiem. Fil-fatt huwa ħabbar li fl-ewwel ġimgħat ta’ Lulju mistennija titqiegħed l-ewwel ġebla tal-faċilitajiet il-ġodda.   

Frank Edwards, minn naħa ta’ l-MCAST fisser li huwa ta’ soddisfazzjon li l-MCAST qed jipprovdi taħriġ estensiv fis-settur ta’ l-avjazzjoni, liema taħriġ qed jikseb approvazzjoni internazzjonali. Preżentament hemm madwar 74 persuna li diġa’ qegħdin jiksbu taħriġ li għandu jwassal biex dawn jimlew il-postijiet tax-xogħol li qed jinħolqu f’ dan is-settur. Huwa rrefera wkoll għall-fatt li l-għalliema barranin ikkonfermaw il-livell ogħli u r-rieda ta’ l-istudenti Maltin biex jitgħallmu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

Aktar Stqarrijiet Right arrow