Left arrow Go Back

L-ETC B’Ħidma biex il-Ħaddiema Ssensjati Jsibu Xogħol

PR0942
Date Icon 21/06/2007

Kif tħabbru s-sensji tal-massa ta’ din il-ġimgħa fis-settur tat-tessuti, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għal darb’oħra reġgħet immobilizzat pakkett komprensiv ta’ servizzi għall-impjegati tal-Korporazzjoni VF u l-Bortex.  B’effett immedjat, l-ETC se tkun qed twettaq eżerċizzju ta’ profiling ma’ dawn l-impjegati, fejn se jkunu stabbiliti l-ħiliet u l-preferenzi tax-xogħol tagħhom.  Matul il-perjodu tan-notice, dawn l-impjegati se jibdew ikunu notifikati b’postijiet battala ta’ xogħol kuljum fuq il-post tax-xogħol tagħhom u, jekk jixtiequ, permezz ta’ l-email.  L-ETC tixtieq tirringrazzja lis-sidien tal-kumpaniji kkonċernati għall-koperazzjoni sħiħa tagħhom.   

Permezz ta’ l-eżerċizzju ta’ profiling, l-ETC qed tenfasizza fuq il-ħtieġa għat-taħriġ mill-ġdid f’industrija differenti u qed toffri numru ta’ għażliet biex tgħin lill-ħaddiema f’dan ir-rigward.  Il-ħaddiema jistgħu jagħżlu li jidħlu f’kwalunkwe programm ta’ taħriġ offrut bħalissa mill-ETC u jekk ikun hemm numru sostanzjali li juru interess f’kors mhux offrut bħalissa, l-ETC tagħmel minn kollox biex tipprovdih.   

Numru ta’ sidien ta’ kumpaniji diġa` urew interess attiv fir-reklutaġġ ta’ dawn il-ħaddiema ssensjati.  Hekk kif is-sensji ġew ippubblikati, l-Vacancy Profile Unit ta’ l-ETC irċeviet telefonati kontinwi f’dan ir-rigward.  Kumpaniji interessati jistgħu jikkuntatjaw lill-Vacancy Profile Unit fuq vacancy.etc@gov.mt u l-isforzi kollha jsiru biex jinstabu impjegati adattati fl-iqsar żmien possibbli.   

Sadanittant, aktar kmieni din il-ġimgħa, meta semgħet bis-sensji, l-ETC ikkuntattjat lit-taqsima fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea li hi responsabbli mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), biex tiddetermina jekk Malta tkunx eliġibbli f’dan l-istadju biex tapplika għal dawn il-fondi.  Il-FEG twaqqaf lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet mill-Kummissjoni Ewropea biex ikun hemm fondi għall-għajnuna individwali għall-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja minħabba l-globalizzazzjoni.  Il-fond jiffoka fuq attivitajiet magħmula apposta biex jgħinu ’l ħaddiema jerġgħu isibu posthom fis-suq tax-xogħol malajr kemm jista’ jkun.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

More Press Releases Right arrow