Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT TA’ MALTA JITKELLEM MA’ L-GĦAQDIET VOLONTARJI

PR0941
Date Icon 21/06/2007

Fil-laqgha ma’ l-għaqdiet volontarji f’Kerċem il-President ta’ Malta enfasizza li l-Kunsill Lokali flimkien ma’ l-għaqdiet għandhom funzjoni importanti fil-ħajja taċ-ċittadini kollha għax il-volontarjat hu s-sinsla tad-demokrazija.  

Il-President qal li fi żmien fejn is-soċjetà qed issir iktar individwalista, il-ħidma volontarja barra li toħloq sens ta’ komunità twassal biex niskopru l-għeruq tagħna bħala Maltin.  Il-President Fenech Adami faħħar l-inizjattiva ta’ l-għaqdiet volontarji li qed jaħtfu l-opportunitajiet li toffri l-Unjoni Ewropea bħal għajnuna finanzjarja f’pubblikazzjoni tal-kotba b’interess komunitarju.  Semma l-każ ta l-Għaqda Żgħażagħ Armar fir-raħal ċkejken ta’ Kerċem li pubblika, bis-sapport ta’ l-Unjoni Ewropea, studju ricerka dwar Il-Barrani Fostna, tema attwali kemm f’Malta kif ukoll fl-Unjoni Ewopea.  

Il-President sema’ interventi ta’ ħdax il-rappreżentant minn għaqdiet sportivi, reliġjuzi, socjali u kulturali li ddeskrivew ħidmiethom tul is-sena. Bosta minn dawn l-għaqdiet għandhom funzjoni marbuta mal-Knisja u l-valuri nsara, valuri li huma wkoll parti mill-karatteristiċi tagħna l-Maltin.  

Qabel il-laqgħa ma’ l-għaqdiet volontarji l-President Fenech Adami żar il-komunità ta’ Santa Luċija fejn attenda l-quddies flimkien mar-residenti u ltaqa’ magħhom fuq iz-zuntier. F’Santa Luċija, il-President żar lil artist żagħżugħ Austin Camilleri u l-mastrudaxxa Gużeppi Borg li għadu juża l-għodda antika tradizzjonali Maltija u jaħdem u jsewwi r-roti ta’ karettuni. . 

Nhar il-Ħadd 24 ta’ Ġunju 2007, il-President flimkien mas-Sinjura Fenech Adami jkompli ż-żjara uffiċjali lill-residenti ta’ Kerċem.   

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

Aktar Stqarrijiet Right arrow