IL-PRIM MINISTRU JATTENDI GĦAL-LAQGĦA TAL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA
Il-Prim Ministru l-Onor. Lawrence Gonzi llum ħalla Malta għal Brussell fejn se jipparteċipa fil-laqgħa tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin - l-Onor. Michael Frendo, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Europea - Richard Cachia Caruana, il-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru - Edgar Galea Curmi, is-Segretarja Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin - Cecilia Attard Pirotta, l-Avukat Ġenerali - Dr. Silvio Camilleri, is-Segretarja għall-Komunikazzjoni u l-iStampa fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru - Josephine Vassallo, kif ukoll il-Kordinatriċi Diplomatika fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru - Michelle Micallef.
Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta għada l-Ġimgħa 22 ta’ Ġunju.
Stqarrijiet Oħra:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966