Il-Ministru Austin Gatt jikteb lill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni
“Wara li l-Onor. Leo Brincat ripetutament naqas illi jipproduċi l-iċken ħjiel ta’ prova ta’ xi att ta’ korruzzjoni minn naħa tal-Kap tas-Segretarjat Privat tiegħi u baqa’ biss jagħmel allegazzjonijiet vagi u mingħajr ebda prova, bil-ħsieb li jħammeġ u jnissel dubju, mingħajr ma jgħid xejn konkret – tattika llum uzata ripetutament mill-Oppozizzjoni – jiena llum tlabt lill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni biex tinvestiga l-allegazzjonijiet kollha li għamel l-Onor. Leo Brincat, biex dak li għandu jgħid l-Onor. Leo Brincat jgħidu fil-beraħ u bil-protezzjoni kollha li tagħtih il-liġi.
Nawgura li l-Kummissjoni ma ddumx ma’ tisma dan il-kaz għaliex mhux sew li persuna – li hija uffiċċjal pubbliku u mpjegat ċivili tal-Gvern – jiġi mħammeġ pubblikament u ma’ jsibx rimedju effettiv u ta’ malajr.”
Stqarrijiet Oħra:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966