Left arrow Mur Lura

DISKORS TAL-FTUĦ MILL-HON. NINU ZAMMIT MINISTRU GĦAR-RIŻORSI U L-INFRASTRUTTURA FL-OKKAŻJONI TAL- KONFERENZA FUQ L-IŻVILUPP SOĊJO-EKONOMIKU, AĊĊESSIBILITA`, TAĦRIĠ U DOKUMENTAZZJONI INTERATTIVA GĦALL-BLIET STORIĊI FORTIFIKATI -  QAWRA -  21 TA’ ĠUNJU 07'

PR0937
Date Icon 21/06/2007

Proġett bi sħab ma’ l-Unjoni Ewropea Community Initiative Interreg III Interreg IIIC

Il-viżjoni tal-Gvern favur ir-restawr u l-konservazzjoni tal-wirt storiku ta’ pajjiżna llum aktar minn qatt qabel qed issir realta`. Fl-aħħar snin saru numru sostanzjali ta’ proġetti ta’ restawr fuq diversi monumenti storiċi fosthom kappelli, knejjes, monumenti ta’ valur, swar, fortifikazzjonijiet u binjiet oħra ta’ valur arkitettoniku. Din il-politika turi bl-aktar mod ċar id-determinazzjoni tal-Gvern li jikkonserva, jipproteġi u jħares il-patrimonju kulturali, arkitettoniku u storiku ta’ pajjiżna.  

Ewlenija fost dawn l-assi nazzjonali nsibu l-fortifikazzjonijiet li jdawru bliet storiċi. Ix-xogħlijiet estensivi ta’ restawr u rijabilitazzjoni tal-fortifikazzjonijiet indikati mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura għas-snin li ġejjin huma intiżi sabiex jindirizzaw il-problema tad-degradazzjoni strutturali. Sfortunatament din id-degradazzjoni hija kkaratterizzata u  hija kawża ta’ nuqqas ta’ manutenzjoni, kif ukoll minħabba xi interventi żbaljati li saru matul is-snin. 

Il-preparamenti sabiex isir il-proġett ta’ restawr tas-swar u l-fortifikazzjonijiet kienu elaborati u rrikjedew studji dettaljati. Bis-saħħa ta’ programmi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura rnexxielu jibbenefika minn din l-assistenza li tvarja minn programmi ta’ studji, dokumentazzjoni, interpretazzjoni u intervenzjonijiet fuq propjetajiet ta’ natura kulturali. Tnejn minn dawn il-programmi f’dawn l-aħħar snin kienu Citadels 2000, li ffoka fuq ic-Cittadella ta’ Għawdex, kif ukoll il-proġett PAGUS, taħt il-programm Interreg IIIC. 

Dan is-seminar hu l-aħħar fażi minn sensiela ta’ attivitajiet li seħħew fl-2006 u 2007 taħt il-kappa tal-proġett PAGUS. Inizjalment, dan il-proġett kien intenzjonat li jħares biss lejn issues ta’ riġenerazzjoni tat-tessut urban iżda,  f’Dicembru 2005, kienet ittieħdet deċiżjoni biex tinbidel din id-direzzjoni fil-parteċipazzjoni ta’ Malta. Il-ħidma tagħna ġiet modifikata u nbidlet f’waħda ndirizzata totalment lejn it-tema tas-swar tal-Belt Valletta. Dan sar, prinċipalment, biex jikkumplimenta mal-ħidma u mal-preparamenti tal-Ministeru fuq il-proġett ta’ restawr u rijabilitazzjoni tas-swar u l-fortifikazzjonijiet.  

Għaldaqstant, it-tliet komponenti li ipparteċipaw fil-proġett PAGUS reġgħu ġew identifikati sabiex ikunu integrati fl-istudji neċessarji għal dan il-proġett. 

Il-komponenti li ġew indirizatti kienu: 

2A
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

Aktar Stqarrijiet Right arrow