DELEGAZZJONI KBIRA TA’ MEMBRI PARLAMENTARI ŻŻUR IL-KUMMISSJONI EWROPEA
L–ikbar delegazzjoni ta’ Membri Parlamentari minn Malta żaret il-Kummissjoni Ewropea għal żjara ta’ 24 siegħa mimlija laqgħat intensivi nhar il-Ħamis, 14 ta’ Ġunju, 2007. Id-delegazzjoni, immexxija mill-Onor. Jason Azzopardi, President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, iltaqa’ ma’ numru ta’ uffiċjali għoljin mill-Kummissjoni, fosthom il-Kummissarju Borg, responsabbli għas-Sajd u Affarijiet Marittimi, il-Kummissarju Almunia, responsabbli għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kummissarju Pielbags, responsabbli għall-Enerġija. Saru laqgħat mal-Kap tal-Kabinett tal-Viċi-President Verheugen, li hu responsabbli mill-qasam ta’ l-Intrapriża u Industrija, mal-Kap tal-Kabinett tal-Kummissarju Ferrero-Waldner, li tieħu ħsieb ir-Relazzjonijiet Esterni u Politika Ewropea tal-Viċinat kif ukoll mad-Direttur Ġenerali għall-Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Opportunitajiet Indaqs.
Il-membri kellhom l-opportunità li jagħmlu diversi mistoqsijiet li huma ta’ interess kbir għal Malta. Id-diskussjonijiet kienu varji, mill-introduzzjoni ta’ l-Ewro f’Malta, għall-enerġija alternattiva, kif ukoll l-importanza tar-riċerka fil-qasam ta’ l-Intrapriża u Industrija. Id-delegati qajmu diversi punti fuq l-immigrazzjoni illegali, it-turiżmu, in-nisa fil-qasam tax-xogħol kif ukoll opportunatijiet indaqs għal kulħadd. Ġew diskussi wkoll numru ta’ proposti li tressqu mill-Kummissjoni fuq is-Suq Intern, Regolamentazzjoni aħjar u l-politika Ewropea għat-turiżmu. Id-diskussjonijiet mal-Kummissarju Borg iffukaw fuq il-politika marittima futura fejn intlaħaq ftehim miż-żewġ naħat tal-Kamra, biex tiġi organizzata laqgħa fuq is-suġġett aktar tard din is-sena.
Id-delegazzjoni kienet magħmula mill-Onor. Joseph Abela, l-Onor. Michael Asciak, l-Onor. Jason Azzopardi, l-Onor. Stefan Buontempo, l-Onor. Joseph Cuschieri, l-Onor. Angelo Farrugia, l-Onor. Roderick Galdes, l-Onor. Gavin Gulia, l-Onor. Silvio Parnis, l-Onor. Anton Refalo, l-Onor. Joseph Sammut u l-Onor. George Vella.
Stqarrijiet Oħra:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966