Laqgħat dwar negozju f’Beijing u Shangai
Bis-saħħa taż-żjara tal-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Michael Frendo fiċ-Ċina, ir-rappreżentanti ta’ 37 kumpannija jew organizzazzjoni Maltin kellhom l-opportunita’ jiltaqgħu u jitkellmu ma’ uffiċjali tal-Gvern Ċiniż u negozjanti Ċiniżi f’laqgħat li saru kemm f’Beijing kif ukoll f’Shangai.
F’dawn il-laqgħat il-Ministru Frendo tenna li ż-żjara tad-delegazzjoni Maltija kienet ferm importanti għar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi u rringrazzja lill-awtoritajiet Ċiniżi għall-appoġġ tagħhom biex din iż-żjara ta’ l-akbar delegazzjoni kummerċjali minn Malta setgħet isseħħ u tkun suċċess.
L-Ambaxxata Maltija f’Beijing bl-għajnuna taċ-Ċentru Ċiniż għall-Promozzjoni tal-Kummerċ Internazzjonali u l-Assoċjazzjoni Ċiniża għall-Impriżi Żgħar u Medji organizzat laqgħat individwali għal kull negozjant Malti. L-HSBC Bank ukoll ta l-għajnuna tiegħu biex setgħu jsiru dawn il-laqgħat.
Karl Xuereb, l-Ambaxxatur Malti fiċ-Ċina qal li din iż-żjara offriet opportunita’ unika għall-promozzjoni ta’ Malta bħala ċ-Ċentru ideali fil-Mediterran minfejn l-imprendituri Ċiniżi u Maltin jistgħu jagħmlu negozju fl-Unjoni Ewropea u l-Afrika ta’ Fuq.
Il-kapaċita’ ta’ Malta li toffri pakkett ta’ inċentivi u loġistika u servizzi finanzjarji fis-suq uniku Ewropew hi xi ħaġa unika. Barra minn dan, id-delegazzjoni tal-Ministru Frendo ippromwoviet ukoll lil Malta bħala Ċentru ta’ Edukazzjoni bil-lingwa Ngliża u lil Malta bħala Ċentru Internazzjonali tal-Kummerċ.
Stqarrijiet Oħra:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966