Left arrow Go Back

OPPORTUNIŻMU POLITIKU TA’ L-OPPOŻIZZJONI DWAR IL-BIEDJA

PR0912
Date Icon 18/06/2007

L-opportuniżmu politiku tal-kelliem ta’ l-oppożizzjoni għal biedja hu bla preċedent. Jekk kien hemm turija ta’ l-appoġġ għat-twaqqif ta' għaqdiet ta' produtturi kien propju l-ħidma li saret a favur l-għaqdiet ta' produtturi u t-twaqqif tagħhom.

Apparti t-taħrig li ngħatalhom minn esperti Taljani, dawn ġew megħjuna permezz ta' faċilitajiet minn fejn joperaw u apparat biex ikunu jistgħu jippakkjaw il-prodotti tal-membri. L-Onor. Farrugia għandu jkun jaf illi fil-pitkalija hemm żewġ mħazen allokati għal għaqdiet ta' produtturi. F'Għawdex ukoll hemm għaqda ta' produtturi prominenti u attiva.

Barra minhekk hemm ukoll tliet għaqdiet oħra għall-produtturi tat-tadam għall-ipproċessar li ġew megħjuna fil-passat u se jiġu megħjunin fil-ġimghat li ġejjin bħalma qed jingħataw għajuniet għaqdiet oħra skond il-każ u skond ir-regoli tal-Unjoni Ewropea jew skond it-Trattat ta' Sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.

Naturalment u sabiex ikun hemm vjabbilita' ta' dawn l-għaqdiet dawn iridu jagħmlu l-għalmu tagħhom biex ikunu sostenibbli finanzjarament u kummerċjalment. Għalhekk kull għaqda trid minn naħa tagħha tirrispetta r-regoli. Fir-rigward tal-profitabilita’, minkejja li dan jiddipendi fuq il-varjazzjoni fil-prezz, hu fatt ma jicħdu ħadd li meta l-Gvern joħroġ sejħa għall-applikazzjoni ta’ fondi għall-makkinarju, ġwiebi jew serrer, l-ammont ta’ interess jiżboq il-fondi għad-dispożizzjoni b’suċċess. Dan juri biċ-ċar  kemm is-settur miexi ‘l quddiem, partikolarment meta wieħed iqabbel ma’ l-ewwel pjan għall-iżvilupp rurali li kien indika nuqqas ta’ investiment għal għexiren ta’ snin.  

Irid jingħad ukoll li l-bdiewa fl-aħħar minn l-aħħar għandhom għażla: jew jissieħbu f'għaqdiet ta' produtturi u jbiegħu direttament lill-klijenti jew jibqgħu jiddependu fuq il-pitkala. Dawn ukoll għandhom rwol bħal pitkala oħra fl-Unjoni Ewropea u għalhekk l-istqarrija opportunista ta' Noel Farrugia tista' tigi interpretata bħal attakk indirett fuq dawn il-pitkala li għandhom ukoll dritt għal għixien tagħhom. Wara kollox huma l-bdiewa stess li għazlu l-pitkal biex jagħmlu l-kummerċ u mhux il-Gvern!

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

More Press Releases Right arrow