Left arrow Go Back

Il-Ministru Frendo f’taħditiet bilaterali f’Ċipru u l-Pakistan

PR0905
Date Icon 18/06/2007

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Michael Frendo li kien qed jakkumpanja lill-President ta’ Malta, Dr Eddie Fenech Adami fi żjara uffiċjali f’Ċipru, kellu taħditiet bilaterali mal-Ministru Ċiprijott għall-Affarijiet Barranin, Yiorgos Lillikas.

Iż-żewġ Ministri ddiskutew l-iżvilupp tal-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi u l-kollaborazzjoni bejniethom fl-Unjoni Ewropea, fil-Mediterran u fil-Commonwealth.  Ċipru qed tappoġġja bis-sħiħ il-kandidatura tal-Ministru Frendo għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth.  Fil-laqgħa bejn il-President Papadopoulos u l-President Fenech Adami, l-President Ċiprijott fisser lill-President Malti l-ħidma diplomatiku ta’ pajjiżu favur il-kandidatura Maltija. 

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Lillikas enfasiżża wkoll l-appoġġ ta’ Ċipru għall-proposta Maltija li jkun hemm djalogu strutturat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega Għarbija. 

Il-Ministru Frendo li bħalissa hu wkoll ic-Chiarman tal-Commonwealth Ministerial Group on the Harare Declaration, minn Ċipru baqa’ sejjer il-Pakistan fejn iltaqa’ mal-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Mian Khurshid Mahmud Kasuri u kellu wkoll laqgħa mal-President Pakistan Parvez Musharraf fid-Dar Presidenzjali f’Islamabad. 

Fiż-żewġ laqgħat kien hemm bdil ta’ ideat fuq kwistjonijiet bilaterali, internazzjonali u anke fuq affarijiet tal-Commonwealth.  Kien hemm qbil li għandu jkun hemm skambju ta’ delegazzjonijiet kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi. 

Il-President Musharraf u l-Ministru Frendo tkellmu wkoll dwar l-importanza li l-forzi ta’ moderazzjoni jaħdmu flimkien fil-qasam internazzjonali. Il-President Musharraf esprima l-fehma li Malta għandha rwol partikolari x’taqdi fejn jidħol id-djalogu bejn ir-reliġjonijiet.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

More Press Releases Right arrow