ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN
L-‘Accountant General’ iħabbar il-ħruġ ta’ ‘Stocks’ tal-Gvern nhar it-Tnejn, 18 ta’ Ġunju, 2007. Dawn se jkunu mqassma kif se jingħad hawn taħt:
· Lm 15m 5.7% 2012 (III) – ‘Fungibility Issue’ bi prezz ta’ Lm102.75 għal kull Lm100 Stock. L-ammont ta’ l-Stock jista’ jiżdied sa massimu ta’ Lm30m.
· Lm 15m 5.9% 2015 (II) – ‘Fungibility Issue’ bi prezz ta’ Lm 105 għal kull Lm100 Stock. L-ammont ta’ l-Stock jista’ jiżdied sa massimu ta’ Lm 30m.
· Lm 10m 5.2% 2020 (I) – ‘Fungibility Issue’ bi prezz ta’ Lm100 għal kull Lm100 Stock. L-ammont ta’ l-Stock jista’ jiżdied sa massimu ta’ Lm20m.
Din il-ħarga tagħlaq f’nofsinhar ta’ nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Ġunju, 2007 jew qabel, fid-diskrezzjoni tal-‘Accountant General’.
Aktar tagħrif dwar dawn l-‘iStocks’ jinsab fil-prospetti rispettivi tagħhom kif ukoll fuq il-‘website’ tat-Teżor (www.treasury.gov.mt).
Formoli ta’ l-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri tal-Borża ta’ Malta u Ditti awtorizzati biex jipprovdu Servizzi ta’ Investiment.
Stqarrijiet Oħra:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966