INDIRIZZ TA’ MERĦBA MILL-ONOR ANTON TABONE, SPEAKER TAL-KAMRA TAR-RAPPREŻENTANTI FL-OKKAŻJONI TAŻ-ŻJARA TA’ L-E.T. IS-SUR JOSÉ MANUEL DURRAO BARROSO, PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA LILL-KAMRA TAR-RAPPREŻENTANTI - VALLETTA – 15 TA’ ĠUNJU 07
Onorevoli Membri,
Eċċellenzi,
Mistednin Distinti,
Sinjuri,
Inħossni tassew onorat illi f’isem il-Membri parlamentari kollha tal-Kamra tad-Deputati ta’ Malta, nagħti merħba lill Eċċellenza Tiegħu s-Sur José Manuel Barroso, President tal-Kummissjoni Ewropea.
Sur President, nilqgħuk fostna. Nilqgħuk fuq din il-ġzira li l-pożizzjoni ġeo-strategika tagħha f’nofs il-Mediterran, hija ta’ rilevanza dejjem akbar għal dan ir-reġjun u għall-istess Ewropa li niffurmaw parti minnha.
Din hija żjara importanti għaliex hija l-ewwel waħda ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea li qed jagħmel wara id-dħul ta’ Malta bħala membru fl-Unjoni Ewropea fl-2004. Importanti ukoll għaliex Malta, fost affarijiet ohra, qed tistenna bil-ħerqa li tisma kliem ta’ sostenn, ta’ solidarjetà u fuq kollox ta’ azzjoni effettiva f’mument meta Malta qed tiffaċċja it-traġedja umana ta’ l-immigrazzjoni illegali.
Sur President, dan il-Parlament huwa fost l-iżgħar parlamenti membri fl-Unjoni Ewropea u fid-dinja. B’ danakollu, irid iwettaq ħidmietu daqs kull Parlament ieħor. Mhux dejjem faċli imma qed nagħmlu ħilitna kollha biex nagħtu kontribut dejjem akbar u siewi fejn għanda x’taqsam id-dimensjoni parlamentari. F’dan il-kuntest, huwa neċessarju u essenzjali li Istituzzjonijiet Ewropej jifhmu aħjar il-ħtiġijiet partikulari ta’ parlamenti bħal tagħna.
Sur President, nixtieq issa nistiednek biex, jekk jgħoġbok, tindirizza lill-Kamra tad-Deputati.
Stqarrijiet Oħra:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966