ProgramM biex tiġi protetta razza ta’ baqar endemika li tinsab f’riskju ta’ estinzjoni
Sabiex tkompli tiġi protetta il-bijodiversita’ ta’ pajjiżna, permezz taċ-Ċentru ta’ Ricerka u Żvilupp Agrikolu fl-Għammieri inxtraw annimali endemiċi Maltin li huma mhedda bl-estizjoni sabiex ikunu ikkonservati u mkattra.
L-annimali jikkonsistu f’żewġ baqriet, erħa u għoġol tar-razza Maltija li nxtraw mingħand l-uniku raħħal li baqa’ jrabbi u jikkonserva din ir-razza t’annimali. L-annimali li nġiebu fl-Għammieri illum wara nofsinhar, huma ikkunsidrati mill-Organizazzjoni l-Ikel u l-Agrikoltura fi ħdan il-Ġnus Magħquda (FAO) bħala razza li hija mhedda u li qed tirriskja l-estinzjoni. Din hi razza ta’ għoġiela kienu jintuzaw minn bdiewa Maltin għax-xogħol fl-għelieqi u l-oriġini tagħhom imur lura għall-Preistorja. Fil-fatt l-erħa u l-għoġol għandhom pedigree ta’ ‘l fuq minn 96% purita’ u huma meqjusa skond in-normi tar-Rare Breeds International bħala puri.
Waqt zjara fl-Għammieri li għamel illum wara nofsinhar, il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent l-Onor. George Pullicino qal li “dan hu sforz ieħor biex tkun protetta il-bijodiversita’ ta’ pajjizna”.
L-annimali inġiebu l-Għammieri taħt il-kura tas-Sezzjoni tat-Trobbija ta’ l-Annimali fejn hemm hsieb li bi programm ta’ tgħammir imħejji mill-Professur Mark Brincat issir konservazzjoni ġenetika ta’ din ir-razza u esperimenti għal skop ta’ tkattir li jista’ jinvolvi ukoll it-teknika ta’ embryo transfers u surrogate mothers.
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru, responsabbli mill-Biedja, l-Onor. Francis Agius qal li “b’dan l-isforz ser ikun possibbli li nsalvaw mhux biss razza endemika milli tispiċċa izda qed insalvaw parti mill-wirt nazzjonali”.
Stqarrijiet Oħra:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966