Left arrow Go Back

L-Ambaxxatur Malti għall-Kuwajt jippreżenta l-kredenzjali

PR0889
Date Icon 14/06/2007

Godwin Montanaro, l-Ambaxxatur mhux residenti ta’ Malta għall-Kuwajt ippreżenta l-kredenzjali tal-ħatra tiegħu lill-Altezza Tiegħu l-Emir Sheikh Sabah Al-Ahmad Al-Jaber Al-Sabah u wara kien introdott lill-diversi Ministri tal-Gvern tal-Kuwajt. 

L-Ambaxxatur Montanaro wassal lill-Altezza Tiegħu, lill-Gvern u lill-poplu tal-Kuwajt, l-isbaħ xewqat u t-tislijiet tal-President Fenech Adami, il-Prim Ministru, il-Gvern u l-poplu ta’ Malta. 

Waqt laqgħa qasira mal-President tal-Kuwait u Ministri oħra tal-Gvern, l-Ambaxxatur Montanaro wiegħed li se jagħmel ħiltu biex ikompli jtejjeb ir-relazzjonijiet diġa’ tajba li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi.  Id-diskussjonijiet ittrattaw l-oqsma tal-kummerċ, opportunitajiet ta’ investiment, is-saħħa, it-turiżmu u t-tarznari.  Saru wkoll skambji dwar il-qasam edukattiv u l-Universita’ ta’ Malta. 

Min-naħa tiegħu l-President tal-Kuwajt wiegħed l-appoġġ sħiħ tiegħu biex jitjiebu r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi u talab lill-Ambaxxatur Malti biex iwassal l-isbaħ xewqat tiegħu u tal-poplu tal-Kuwajt lill-President, il-Prim Ministru u lill-poplu ħabib Malti. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

More Press Releases Right arrow