Left arrow Mur Lura

Jum il-missier iĊĊelebrat fir-residenza san vincenz de paul

PR0885
Date Icon 14/06/2007

Hekk kif madwar id-dinja qed jiġi ċċelebrat Jum il-Missier, l-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ ingħaqdet mas-Sinjura Mary Fenech Adami, is-Sinjura Kate Gonzi, is-Sur Victor Delicata, Superjur Generali tal-MUSEUM u s-Sinjorina Phyllis Falzon, Superjura Generali tal-MUSEUM sezzjoni Nisa, biex iqassmu rigali ta’ din l-okkażjoni lill-irġiel residenti f’San Vinċenz De Paul.

Is-Sinjura D’Amato awgurat jum mill-isbaħ lill-missirijiet kollha kif ukoll lil dawk li assumew il-figura ta’ missier, fost dawn hija semmiet lis-soċji tal-MUSEUM li bosta drabi jittrattaw lit-tfal li jattendu l-MUSEUM daqs li kieku kienu wliedhom u li b’tant dedikazzjoni u mħabba jgħallmuhom u jrawmu fihom valuri sodi.

Hija qalet li l-awguri speċjali tagħha llum imorru lill-irġiel anzjani residenti f’San Vinċenz u fid-djar residenzjali għall-anzjani. Hija rringrazjat lil dawn l-irġiel, bosta minnhom missirijiet, għas-snin twal ta’ ħidma u dedikazzjoni li huma wettqu fil-familji u l-komunitajiet tagħhom.

Hija qalet li fl-okkażjoni tal-lum is-soċjeta’ Maltija qed tingħaqad flimkien biex tirringrazzja u tirrikonoxxi l-ħidma li dawn l-irġiel wettqu fil-familji tagħhom. Hija rringrazjathom għal valuri u l-prinċipji li huma rawmu fil-familji tagħhom, valuri li jrawmuna bħala nsara u bħala Maltin.

Is-Sinjura D’Amato ħadet l-okkażjoni biex tfakkar ukoll fil-Jum Dinji Kontra l-Abbuż fuq l-Anżjani. Hija qalet li l-ħmistax ta’ Ġunju, proprju jumejn qabel m’hu qed jiġi ċċelebrat Jum il-Missier, d-dinja qed tiċċelebra dan il-Jum bil-ħsieb li titqajjem kuxjenza dwar il-pjaga ta’ l-abbuż fuq l-anzjani, fenomenu mifrux li sfortunatament ftit nisimgħu dwaru.

Hija saħqet dwar l-importanza li l-anzjani jiġu mgħarrfa dwar id-drittijiet tagħhom, u dwar l-importanza li l-qraba u l-carers ta’ dawn l-anzjani jingħataw is-support kollu li jkollhom bżonn. 

Is-Sinjura D’Amato irringrazzjat lill-carers u l-ħaddiema kollha ta’ San Vinċenz, kif ukoll tad-djar residenzjali għall-Anzjani għall-ħidma u d-dedikazzjoni tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

Aktar Stqarrijiet Right arrow