Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi jżur id-Drama Unit fi ħdan id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni b’konnessjoni ma’ l-Ewro

PR0876
Date Icon 13/06/2007

In-National Euro Changeover Committee (NECC) flimkien mad-Drama Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazjoni qed itellgħu play li l-għan tagħha hu li jedukaw u jinfurmaw lit-tfal tagħna dwar il-pass storiku li se jagħmel pajjizna fl-ewwel ta' Jannar li ġej - il-Bidla għall-Munita Ewro.

Dalgħodu, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Onor. Tonio Fenech, żar iċ-Ċentru tad-Drama fejn ittellgħet waħda minn dawn ir-rappreżentazzjonijiet.

F'kelmtejn li qal lit-tfal prezenti, Tonio Fenech faħħar l-inizjattiva li ttieħdet kif ukoll enfasizza l-fatt illi t-tagħlim li jiksbu t-tfal minn attivita’ bħal din, ser jgħadduh lill-ġenituri u nies oħra li jiltaqghu maghhom u huma ser ikunu l-Ambaxxaturi ta' l-Ewro fid-djar tagħna.

Huwa habbar illi ser jitqassmu fl-iskejjel ‘Euro Wallets’ lit-tfal ta' bejn it-tielet u s-sitt sena li ser ikun fihom flus 'dummy' sabiex it-tfal jiffamiljarizzaw ruħhom ma’ l-Ewro. Ukoll ser jitqassmu Money Kits lil kull skola.

Is-Segretarju Parlamentari qal li qed isir hafna xogħol iffukat lejn it-tfal dwar din il-bidla. Semma ix-xogħol li għaddej sabiex il-kotba kollha jibdew juru l-munita Ewro u mhux aktar dik Maltija; qed isiru Activity Sheets ghal kull livell, kemm Primarju kif ukoll Sekondarju.

Semma illi fil-Gażżetta Euro Times hemm rokna ddedikata għat-tfal, kif ukoll minn Ottubru li għadda, qed jittellghu programmi fuq it-Televiżjoni mmirati lejn it-tfal, fuq l-istazzjon TVM u Education 22. Fakkar ukoll illi min irid aktar informazzjoni jista’ jidħol fil-Website ta' l-NECC (www.euro.gov.mt) fis-sezzjoni ddedikata lit-tfal.

Ħabbar ukoll illi  waqt Skola Sajf 2007 ser isir programm lit-tfal bl-isem ta' 'Merhba għall-Ewro' fejn ser jimla l-iskejjel b'attivitajjiet ta' informazzjoni dwar l-Ewro. Huwa qal li fi żmien qasir ser nagħmlu Website ġdida dedikata ghat-tfal.

Tonio Fenech għalaq billi rringrazzja lid-drama Unit, lis-Segretarju Permanenti ta' l-Edukazjoni, kif ukoll lin-NECC ta' l-inizjattiva li ħadu sabiex jinfurmaw aktar lill-istudenti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

Aktar Stqarrijiet Right arrow