IN-NEFQA MIT-TURISTI ŻDIEDET GĦAL XAHAR WARA L-IEĦOR
B’referenza għal wieħed mill-interventi li għamel il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni Dr Alfred Sant fil-programm televiżiv Bondi +, fejn stqarr li mhux veru li n-nefqa mit-turisti fl-aħħar xhur żdiedet, il-Ministeru ghat-Turizmu u Kultura qed jippubblika ċ-ċifri tad-dħul mit-turiżmu bejn Novembru 2006 u April li għadda.
Iċ-ċifri juru li n-nefqa mit-turisti kienet hekk:
· Lm24.3 miljun f’Novembru;
· Lm14.7 miljun f’Diċembru;
· Lm18.5 miljun f’Jannar;
· Lm16.2 miljun fi Frar;
· Lm23.6 miljun f’Marzu, u
· Lm35.8 miljun f’April.
F’sitt xhur in-nefqa kienet ta’ Lm133.2 miljun, jew Lm8.5 miljun aktar mill-istess perijodu tas-sena ta’ qabel, jew 6.8 fil-mija aktar.
Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura iqis bħala inkredibbli d-dikjarazzjonijiet tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni li jkompli jsostni ċifri li m’humiex minnhom, meta ċ-ċifri dwar in-nefqa mit-turiżmu joħorġu mill-Uffiċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.
Other Press Releases:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966