IL-PALAZZ VERDALA MIFTUĦ GĦALL-PUBBLIKU
B’ referenza għall-Press Release Nru. 0722, maħruġa l-bieraħ 16 t’ Mejju 2007, il-pubbliku huwa avżat li l-attivita’ tal-ftuh tal-Palazz Verdala giet postposta għall-Ħadd 17 ta' Ġunju 2007.
Il-Biljetti maħruga mill-Heritage Malta bi prezz speċjali, jinkisbu mill-Mużew ta’ l-Arti, Triq in-Nofsinhar il-Belt Valletta, il-gimgħa kollha, inkluż il-Ħadd, mid-9.00am sal-4.30 ta’ wara nofsinhar sal-Ġimgħa, 15 ta’ Ġunju 2007, jekk ma jinbiegħux qabel. Biljetti għall-adulti jiswew Lm1 (€2.33) il-wieħed filwaqt li dawk għall-anzjani u studenti jiswew 50ċ (€1.16)-il wieħed. Tfal taħt l-10 snin jidħlu b’xejn. Ser jinbieghu biss 150 biljett.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Mużew ta’ l-Art fuq in-numru tat-telefon 21 225 769, jew inkella bil-posta elettronika info@heritagemalta.org
Other Press Releases:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976