Sports Day għall-Anzjani
PR0717
16/05/2007
| Għal sena oħra | reġgħet ittellgħet l-iSports Day għall-anzjani li jattendu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum. Għal din l-iSports Day, li saret fil-Corradino Sports Pavilion attendew mas-600 anzjan, filwaqt li kkompetew 240 membru fid-diversi logħob li ttella’. L-Onor Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ u s-Sinjura Kate Gonzi kienu preżenti għal din l-attivita’. |
| Din l-iSports Day ilha tittella’ għal dawn | l-aħħar tnax-il sena qiegħda tkun organizzata miċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tad-Dipartiment ta’ l-Anzjani u l-Kura fil-Kommunita’. F’Malta hawn sittax-il Ċentru ta’ Matul il-Jum. |
| Wara li qassmet | il-medalji lill-anzjani rebbieħa, l-Onor. D’Amato tkellmet dwar l-importanza ta’ l-attivita’ fiżika u saħqet li dan għandu jkun proċess kontinwu u mhux ristrett għal xi ġurnata partikolari. L-eżerċizzju, huwa ta’ benefiċċju għal kulħadd. |
| Hija qalet li | “l-eżerċizzju regolari jgħin sabiex inbegħdu l-mard, il-piż żejjed u l-konsegwenzi kollha li dawn iġibu magħhom. Fil-każ ta’ l-anzjani nistghu ngħidu li hemm vantaġġ ieħor – l-eżerċizzju jgħin sabiex iżommu l-mobilita’ tagħhom u għalhekk ikollkom kwalita’ ta’ ħajja aħjar.” |
| Is-Sinjura D’Amato | qalet ukoll li l-għan ta’ din l-attivita’ hu li l-anzjani jżommu ruħhom attivi, iħossu li huma kapaċi u li għad għandhom posthom fis-Soċjeta’, f’oqsma differenti anke fejn jirrigwarda l-isports. |
| Hija rringrazzjat | lil dawk kollha li jagħtu l-għajnuna tagħhom biex din l-attivita’ tkun suċċess b’mod speċjali lis-Sur Anthony Brigulio li jieħu ħsieb il-logħob u lis-St John Ambulance li joffru servizz ta’ l-ewwel għajnuna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976