Left arrow Mur Lura

EBDA QBIL DWAR IL-LOK PERMANENTI TAL-MONTI TAL-BELT

PR0715
Date Icon 16/05/2007

Laqgħa oħra tal-Gvern ma’ delegazzjoni ta’ rappreżentanti tal-bejjiegħa tal-Monti tal-Belt immexxijja mis-Segretarju Ġenerali tal-UĦM Gejtu Vella ma wasslitx għal konklużjoni.

Il-laqgħa ma’ delegazzjoni tal-Gvern immexxija mill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u li kienet tinkludi lis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Kummerċ u l-Kompetittività iddiskutiet l-aħħar proposta tal-Gvern għal kif għandu jarma l-Monti fis-sit identifikat fi Triq il-Merkanti, bejn Triq it-Teatru l-Antik u Triq l-Arċisqof.

Il-Gvern ta lir-rappreżentanti tal-bejjiegħa l-pjan mehmuż li:

1.         jakkomoda lid-detenturi kollha eżistenti tal-liċenzji tal-bejgħ mill-Monti tal-Belt Valletta;

2.         jippermetti distanzi bejn il-bankarelli ekwivalenti għad-distanzi li kien hemm fl-armar li kien hemm qabel fuq il-Monti, meta kien fi Triq il-Merkanti;

3.         jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ trasport li għamlu l-bejjiegħa fil-laqgħat li kellhom mal-Gvern.

Il-Gvern qed jippubblika l-pjan li tħejja u li kien ċertifikat mill-arkitetti tad-Dipartiment tat-Toroq fl-Awtorità dwar it-Trasport ċċertifikat bħala xieraq għall-bżonnijiet tal-Monti, mingħajr ebda perikli u mill-anqas bl-istess livelli t’aċċessibilità għall-vannijiet tal-bejjiegħa, li kellhom il-bejjiegħa fis-sit li fih kien jarma l-Monti fi Triq il-Merkanti.

B’rieda li jintlaħaq ftehim aħħari, il-Gvern offra wkoll li sakemm jitlesta x-xogħol fuq il-wiċċ tal-post identifikat bħala l-lok permanenti għall-Monti, il-Monti jkun jista’ jarma f’Misraħ il-Ħelsien. Din l-offerta kienet premessa fuq il-bażi ta’ ftehim fuq il-lok permanenti.

Fuq din il-bażi, il-Gvern iqis li kkonsulta effettivament mal-bejjiegħa tal-Monti wara kważi tlett snin ta’ taħdidiet li ma rriżultaw f’ebda ftehim.

Il-Gvern iżomm il-bieb tiegħu miftuħ għal aktar diskussjonijiet, iżda l-Gvern għamilha ċara li m’hux dispost jiddiskuti aktar il-lok fejn għandu jarma l-Monti.

Il-Gvern itenni li l-motivazzjoni tiegħu hi t-titjib tad-dehra tal-Belt Valletta u t-tkattir ta’ l-attività kummerċjali. Dan igawdu minnu l-bejjiegħa tal-Monti daqs kemm igawdu minnu l-operaturi kummerċjali kollha; iżda l-Gvern jiddispjaċih jinnota li l-bejjiegħa tal-Monti m’humiex japprezzaw dak li hu oġġettivament fl-interess tagħhom ukoll.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow