Left arrow Mur Lura

Is-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed iniedi proġett TA’ l-Unjoni Ewropea għas-self employed sabiex jippromwovi turiżmu fl-artiġjanat

PR0714
Date Icon 15/05/2007

 “Permezz ta’ proġetti ta’ l-Unjoni Ewropea, qegħdin nagħtu l-opportunita’ lil negozji żgħar tagħna li mhux biss ikabbru l-operat tagħhom, iżda wkoll li jiltaqgħu bejniethom u ma’ negozjanti u artiġjana oħra barranin biex flimkien ikunu jistgħu joffru prodott aħjar lill-klijenti tagħhom.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed qal dan waqt it-tnedija tal-proġett ‘Med Pot – Mediterranean Pack of Tourism by the art of pottery and ceramic’,  iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt l-Interreg IIIA, MedPot.  Dan il-proġett jiswa’ madwar €300,000.

 Permezz ta’ dan il-proġett diġa’ pparteċipaw 42 sid ta’ negozju.  It-42 sid ta’ negozju ivarjaw minn ċeramisti, lukandiera u operaturi ta’ l-ivjaġġar bil-ħsieb li jinġiebu flimkien il-manifattura taċ-ċeramika u l-marketing turistiku tagħha.  Dawn, flimkien ma’ negozji Sqallin fasslu pjani għall-iżvilupp u l-ħolqien ta’ prodott artiġjanali tipiku Mediterranju li ser ikun ikkummerċjalizzat f’pajjiżna.  Wara li l-istudenti taw numru ta’ prototipi ta’ prodotti artiġjanali Maltin u Sqallin intagħżel l-aħjar prodott Malti.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li “il-Gvern hu impenjat li jgħin lin-negozji żgħar tagħna jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet offruti lilna mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea.  Permezz ta’ dan il-proġett numru ta’ negozji minn setturi differenti qegħdin jiġu flimkien u jaħdmu aħjar flimkien.  Din hija forma ta’ clustering li tgħin in-negozji jiddiversifikaw u jilħqu aktar klijenti milli kieku jibqgħu waħedhom.

“L-istudent ċeramista Malti li ħoloq il-prodott li ġie magħżul ser ikun qiegħed jattendi għal scholarship ta’ 8 ġimgħat fi Sqallija sabiex ikompli jistudja s-sengħa tiegħu.  Dan il-prodott ser ikun reklamat f’Malta u Sqallija u huwa ta’ preġju li minn fost numru ta’ parteċipanti Maltin u Sqallin kien proprju student Malti ta’ l-MCAST li ntgħażel,” kompla l-Onor. Vassallo.

Il-lukandiera ser ikunu mitluba sabiex jesibixxu dawn il-prodotti artiġjanali Maltin fil-lukandi tagħhom.  Numru ta’ lukandiera diġa’ qablu li jagħmlu dan.  Dawn il-lukandi huma: Imperial Hotel, Medavia Services, Johnny Holidays, Mariblu Guesthouse, Global Air Travel, Resorts Malta, Hotel Serena, Marina Hotel, Bay Street Hotel, Hotel San Andrea, Diplomat Hotel, Global Air Travel, Bon Voyage, Westland Travel.

Ser ikun żviluppat ukoll itinerarju turistiku minn konsulenti.  Dan l-itinerarju imbagħad ser ikun maħdum bi qbil ma’ operaturi turistiċi Maltin u Sqallin. Dan il-proġett qiegħed jinħadem bi sħab mal-Kamra tal-Kummerċ Italo-Maltija, mas-Soċjeta’ Maltija għall-Arti, Manifattura u Kummerċ u mal-Kunsill Lokali ta’ Sciacca fi Sqallija.

“Dawn huma l-ewwel forom ta’ clustering li ċeramisti Maltin qed jirnexxielhom jagħmlu, u permezz tagħhom ser ikunu jistgħu jisfruttaw is-suq turistiku billi jippromwovu l-artiġjanat.  Dan il-proġett ser ikun ta’ ġid għal dawk kollha li ser jipparteċipaw fih, iżda hemm bżonn ta’ ħafna aktar apprentisti f’dan il-qasam.  Jiena nawgura li aktar studenti jitħajjru għal dan is-settur u jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet li jeżistu, biex b’hekk is-settur ikompli jiżviluppa u joħloq il-ġid u l-impjiegi,” temm is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow